Id-DJ li kien fil-periklu tal-mewt wara li waqa' erba' sulari minn gallarija ta' lukanda fil-Marfa se jittieħed lura r-Renju Unit

  • Set 21, 2019 15:51
  • Miktub minn iNews
"

    Paul Cartwright, ir-raġel Brittaniku ta’ 45 sena, li nhar l-24 ta’ Awwissu li għadda waqa’ mill-gallarija tal-kamra tiegħu f’lukanda l-Marfa ħareġ mill-koma u l-midja Brittanika qed tirrapporta li fil-jiem li ġejjin aktarx se jkun qed jirritorna lura r-Renju Unit biex ikompli bit-trattament tiegħu fi sptar f'Londra.

    Cartwright, li l-midja Brittanika qed tgħid li qed isejjaħ lilu nnifsu “ir-raġel tal-miraklu”, sofra ġrieħi mill-aktar serji f’saqajh, il-pelvis, dahru u l-kustilji, tant li kellu jiddaħħal f’koma.

    Il-familja tiegħu faħħret lill-istaff mediku tal-Isptar Mater Dei għall-ħidma tagħhom u talli rnexxielhom isalvawlu ħajtu, u matul dawn l-aħħar jiem kienu qed jiġbru fondi biex ikunu jistgħu jeħduh lura r-Renju Unit u jkompli jirċievi l-kura hemm.

    Intant fis-sigħat li għaddew ir-raġel kiteb fuq il-midja soċjali li rnexxielu joħroġ mill-koma, u għalkemm għadu qed jinżamm Malta, fiż-żmien li ġej se jkun qed jirritorna lura pajjiżu.

    ARA WKOLL: Il-qraba tar-raġel li waqa’ erba’ sulari jiġbru l-flus biex joħduh l-Ingilterra

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0