Hong Kong ikkaratterizzata minn jum ieħor ta' dimostrazzjonijiet vjolenti

  • Set 21, 2019 18:30
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Pulizija ta’ Hong Kong kellhom jagħmlu użu minn gass tad-dmugħ biex iferrxu lil dimostranti li llum reġgħu niżlu fit-triq biex isemmgħu leħinhom favur id-demokrazija fil-pajjiż wara li gruppi ta’ dimostranti li huma favur iċ-Ċina niżlu u neħħew il-messaġġi li tħallew kontra l-Gvern Ċiniż. Id-dimsotrazzjonijiet ilhom għaddejjin għal dawn l-aħħar tliet xhur.

    Il-Pulizija kellhom jirrikorru għall-gass tad-dmugħ wara li d-dimostranti bdew saħansitra jwaddbu ‘molotov cocktails’ fil-konfront tagħhom.

    Il-pulizija ħarġu stqarrija dwar id-dimostrazzjonijiet fejn qalu li d-dimostranti għamlu ħsarat f’diversi infrastruttura madwar il-belt u bl-istazzjon ċentrali ta’ Ligh Rail kellha tingħalaq momentarjament.

    L-istqarrija żiedet tagħmel referenza għall-“bombi tal-petrol” li kienu qed jintużaw mid-dimostranti u li kienu qed ikunu ta’ theddida għas-sigurtà mhux biss għall-uffiċjali tal-pulizija iżda anke għal persuni li jinzertaw fil-post.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0