Julia Miller iddoqq is-Sonatine ta’ Ravel fi Pjazza Teatru Rjal

  • Set 24, 2019 14:47
  • Miktub minn iNews
"

    Se ddoqq ukoll xogħlijiet ta’ Chopin, Lutoslawski u Szymanowski

     

    Il-pjanista Pollakka, Julia Miller se tkun qiegħda tagħti t-tieni kunċert tagħha fil-Green Room ta’ Pjazza Teatru Rjal, il-Belt Valletta nhar l-Erbgħa 9 ta’ Ottubru, 2019. Dan wara s-suċċess li kellu l-ewwel kunċert li tat f’April li għadda. 

    Għal dan il-kunċert, Miller se tkun qiegħda ddoqq is-Sonatine ta’ Ravel, kif ukoll għażla ta’ xogħlijiet tal-kompożituri Pollakki Witold Lutoslawski, Frederick Chopin u Karol Szymanowski. 

    Qabel ma ġiet tgħix Malta seba’ snin ilu, Julia Miller kienet diġà stabilixxiet ruħha bħala artista internazzjonali, kemm bħala solista kif ukoll fil-mużika ‘da camera’. F’Malta hi bniet ukoll reputazzjoni għall-kollaborazzjoni mużikali, fosthom mal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta. Il-kritiċi faħħruha għall-versatilità u l-passjoni fid-daqq tagħha, kif ukoll għall-kulur u ċ-ċarezza tal-ħoss. 

    Apparti mis-Sonatine ta’ Maurice Ravel, xogħol kristallin fost l-aktar magħrufin ta’ Ravel, Julia Miller se tkun qiegħda ddoqq Scherzo B Flat Minor op. 31, xogħol popolari ħafna ta’ Chopin, li hu meqjus bħala sfida għal kull pjanist. Ma jistax jonqos li l-programm ikun imżewwaq b’notturn u waltz ta’ dan il-kompożitur tant maħbub minn dawk kollha li għandhom għal qalbhom il-mużika klassika, speċjalment għall-pjanu. 

    Barra minn hekk, għall-ewwel darba f’Malta, l-udjenza li tattendi għal dan il-kunċert tista’ tisma’ żewġ xogħlijiet ispirati mill-mużika folkloristika Pollakka. Bukoliki hu xogħol ta’ Witold Lutoslawski, ispirat mil-logħob tradizzjonali tat-tfal. L-erba’ mazurkas ta’ Karol Szymanowski huma ispirtati mill-mużika folkloristika tal-muntanji Pollakki. 

    Min jixtieq jattendi għal dan il-kunċert għandu jibgħat email fuq juliamillerpianist@gmail.com. Il-biljetti jiswew €12. Il-kunċert jibda fis-7.30pm. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0