Raġel ta' 24 sena jiżżewweġ lil kuġintu ta' 81 sena biex jeħles mil-lieva!

  • Set 27, 2019 11:59
  • Miktub minn iNews
"

    Uffiċjali Ukreni qed jinvestigaw allegazzjonijiet li raġel ta’ 24 sena iżżewweġ lil kuġintu diżabbli ta’ 81 sena biex ikun jista’ jiffranka l-lieva.

    Alexander Kondratyuk, saħaq li huwa żviluppa emozzjonjiet ta’ mħabba fil-konfront ta’ kuġintu, li hija ikbar minnu 57 sena, u ċaħad li kien qed jipprova jaħrab mill-obbligu militari.

    Il-lieva fl-Ukrajna hija obbligatorja, għalkemm hemm eċċezzjonijiet biex persuni ma jidħlux fis-servizz militari.

    Waħda mill-kundizzjonijiet tgħid li jekk suldat ikollu jieħu ħsieb lil martu diżabbli, u jkun jista’ jipprovdi dokumenti ta’ żwieġ u li jikkonfermaw id-diżabbiltà, allura jkun eskluż mil-lieva.

    Iż-żwieġ bejn Kondratyuk u kuġintu żvolġa fir-raħal ta’ Baykovka. Meta kienet qed tirrispondi għal mistoqsi mill-ġurnalisti, Zinaida Illarionovna, ta’ 81 sena, insistiet li huwa kien raġel ta’ rispett u li kien jieħu ħsieb tagħha u jagħtiha l-attenzjoni kollha meħtieġa.

    Madankollu ġirien tagħha qalu li huma qatt ma raw lir-raġel iżurha.

    Avukat Ukren, Roman Korchenyuk, qal li jekk jiġi ppruvat li ż-żwieġ mhuwiex validu, allura r-raġel jaf ikun imġiegħel jidħol fis-servizz militari.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0