Bidla fit-Tmexxija ta’ Microsoft għall-Greċja, Ċipru u Malta

  • Ott 02, 2019 19:03
  • Miktub minn iNews
"

    Wara s-suċċess li kisbet fil-kariga ta’ Kap Eżekuttiv ta’ Microsoft għall-Greċja, Ċipru u Malta, Peggy Antonakou għadha kemm ħadet deċiżjoni biex tkompli l-karriera tagħha barra minn Microsoft.

    Il-kumpanija għalhekk qed tirringrazzjaha tal-kontribut u l-kisbiet tagħha matul dawn l-aħħar 7 snin u tixtieqilha kull suċċess fil-karriera li jmiss tagħha. 

    Sakemm jinħatar Kap Eżekutiiv ġdid, il-pożizzjoni se tkun qed timtela mis-sur Theodosis Michalopoulos, li huwa membru tat-tim ta’ tmexxija ta’ Microsoft u li bħalissa jokkupa l-pożizzjoni ta’ Enterprise Commercial and Public Sector Sales Director ta’ Microsoft għall-Greċja, Ċipru u Malta.

    Is-sur Michalopoulos diġa kiseb success fil-karriera tiegħu fl-industrija tat-teknoloġija u ma’ Microsoft. Huwa ingħaqad ma’ Microsoft fl-2014, bħala Direttur ta’ Consumer Channels Group. Għalkemm l-ambjent macro-ekonomiku kien wieħed diffiċli, il-kontribut tiegħu kien wieħed pożittiv ħafna fis-settur tal-bejgħ għal tlett snin konsekuttivi. 

    Fil-pożizzjoni li kien imiss ta’ Enterprise Commercial Sales Director, huwa mexxa l-bidla minn sistema tradizzjonali ta’ bejgħ għal mudell modern ċentrat madwar il-klijent, fejn permezz ta’ l-esperjenza vasta tiegħu fit-tmexxija ta’ timijiet kbar, wassal kontribut importanti ħafna fit-trasformazzjoni diġitali ta’ Microsoft fil-Greċja, Ċipru u Malta. 

    Fir-rwol temporanju tiegħu, is-sur Michalopoulos se jkompli jiffoka fuq il-kontribut tiegħu lejn it-trasformazzjoni u t-tkabbir tal-klijenti u l-partners tal-kumpanija fil-Greċja, Ċipru u Malta. 

    Is-sur Michalopoulos huwa gradwat BEng fl-Inġinerija Elettrika u Elettronika mill-Università ta’ Sussex, u MSc fil-Komunikazzjoni u Signal Engineering minn Imperial College of Science & Technology f’Londra u MBA mill-Athens Laboratory of Business Administration (ALBA).

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0