Ordnat jitkeċċa mill-pajjiż wara li ġarr “ponn tal-ħadid” fil-basket

  • Ott 04, 2019 15:03
  • Miktub minn iNews
"

    Raġel mill-Bangladesh kien kkundannat sentenza ta’ tlett xhur priġunerija sospiżi għal sena, kif ukoll li jitkeċċa mill-pajjiż, wara li nqabad iġorr arma minn uffiċjali tal-Ajruport ta’ Malta. 

    Kien nhar it-3 ta’ Ottubru li għadda li uffiċjali tad-Dwana ġewwa l-Ajruport kienu mgħajta jassistu, wara li nstabet arma fil-basket ta’ Ahmed Foyez, ta’ 34 sena. L-arma in kwistjoni, “ponn tal-ħadid” (magħrufa wkoll bħala ‘knuckle duster’) inżammet mill-Uffiċjali, u kienet issekwestrata mill-Qorti. Quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke, Foyez wieġeb ħati għall-akkużi.

    L-Ispettur Frankie Sammut, li kien qiegħed imexxi l-prosekuzzjoni, saħaq li dan il-persuna kellu jintbagħat lura pajjiżu, “għalhiex għadu kif wieġeb ħati li kien qiegħed jitraffika arma perikoluża u illegali ġewwa pajjiżna.”

    Intant, l-Avukat tal-Għajnuna Legali Martin Fenech, li kien qiegħed jidher għall-akkużat, saħaq li l-arma in kwistjoni ma kellhiex l-istess periklu “bħal armi oħra projbiti, fosthom skieken u pistoli. Apparti  hekk, l-akkużat ma kellu l-ebda intenzjoni li jġorr din l-arma f’pajjiżna, għaliex ma kienx jaf li kienu tefgħuwhielu fil-basket tiegħu.”

    Wara li semgħet is-sottomissjonijiet kollha, il-Qorti kkundannat lil  Foyez sentenza ta’ tlett xhur priġunerija sospiżi għal sena. Hija spjegat lill-akkużat li jekk jikkommetti reat kriminali ieħor f’Malta, kif ukoll fi stat Ewropew  ieħor, huwa kien sejjer ikollu jinġieb lura u jiskonta s-sentenza ta’ priġunerija.

    Il-Qorti ordnat lill-pulizija wkoll biex il-vittma jitkeċċa mill-pajjiż, u jintbagħat lura.

    Il-Maġistrat Doreen Clarke kienet qegħda tippresedi l-każ.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0