Finanzjament ta’ Studji aktar aċċessibbli bil-BOV Studies+

  • Ott 04, 2019 20:36
  • Miktub minn iNews
"

    Il-BOV Studies Plus+ hija soluzzjoni finanzjarja ġdida li se twassal €5.5 miljun għal studenti li qed ifittxu li jkomplu l-istudji tagħhom.. Dan il-prodott huwa r-riżultat ta ta’ kollaborazzjoni bejn il-Bank of Valletta, il-Malta Development Bank u l-Awtorità tal-Ġestjoni tal-Fondi tal-UE.

    Studenti li qed ifittxu li jagħmlu korsijiet ta' studju fuq bażi full time, part-time jew fuq bażi ta’ distance learning, li jwassalhom għal-Diploma (MQF 5), Baċellerat (MCF 6), Masters (MCF 7) jew Dottorat (MCF 8), jew kwalifiki rikonoxxuti internazzjonalment, jistgħu japplikaw għal finanzjament sa massimu ta' €100,000.

    ‘Il-BOV huwa kburi li jinsab fuq quddiem nett fl-assistenza lejn l-istudenti biex ikomplu l-istudji tagħhom b'soluzzjoni finanzjarja ferm attraenti,’ qal iċ-Chairman tal-Bank of Valletta Deo Scerri. ‘Dan il-prodott, imfassal bl-appoġġ u l-kollaborazzjoni tal-Malta Development Bank u l-Awtorità tal-Ġestjoni tal-Fondi tal-UE, huwa mmirat għal studenti li qed ifittxu finanzjament raġjonevoli biex ikomplu l-istudji tagħhom, minn diploma sa dottorat. Hija mmirata għal ċittadini Maltin jew residenti, biex jiksbu l-aħjar impjieg wara l-istudji tagħhom u jiżviluppaw il-kapaċitajiet kollha tagħhom mingħajr ma tkun jeħtieġu appoġġ minn oħrajn’.

    Ic-Chief Credit Business Development Officer tal-Bank Albert Frendo emfasizza li ‘l-għan ta’ dan il-pakkett finanzjarju huwa li l-istudenti jevitaw kwalunkwe piż finanzjarju matul il-perjodu ta' studju. Il-pakkett ta' finanzjament jiġi b'terminu massimu ta' 15-il sena u jibbenefika minn perjodu moratorju sa ħames u l-ħlas lura jsir mid-dħul tal-istudenti fil-ġejjieni. Minbarra rata ta' interess ferm attraenti, l-imgħax dovut matul il-perjodu ta' studju huwa kopert mill-fondi tal-FSE bl-istudenti ma jkollhom ebda obbligu ta’ ħlas matul dan il-perjodu fejn id-dħul tal-istudent ikun baxx ħafna jekk mhux ukoll bla dħul ta’ xejn. 

    ‘Il-BOV Studies Plus+ qed telimina b'mod effettiv iż-żewġ fatturi ewlenin meta studenti jfittxu finanzjament għall-istudji tagħhom,’ kompla s-Sur Frendo. "’l-finanzjament m'għandu bżonn l-ebda garanzija addizzjonali minn dik mogħtija mill-MDB, kif ukoll li l-ħlas lura jibda wara li l-istudenti jtemmu l-istudji tagħhom u jkollhom dħul mill-post tax-xogħol tagħhom. Is-self huwa strutturat bl-aħjar mod possibbli, biex ikun raġonevoli mingħajr ma joħloq xi tbatijiet f'termini ta' ħlas lura jew garanziji’

    "Il-Malta Development Bank qed terġa tikkollabora mill-qrib mal-Bank of Valletta, din id-darba biex jappoġġa lill-istudenti u l-professjonisti fl-iżvilupp tal-potenzjal tagħhom permezz ta' edukazzjoni ulterjuri u għolja’, qal il-President tal-MDB il-Prof Josef Bonnici. ‘Is-self taħt dan il-programm tkopri ħlasijiet tal-korsijiet, spejjeż ta' akkomodazzjoni, spejjeż għal ħajja u spejjeż oħra relatati mat-tkomplija ta' studji kemm barra minn Malta kif ukoll kif meħtieġ f'Malta.’

    Il-Ministru tal-Edukazzjoni L-Onor Evarist Bartolo qal li din l-inizjattiva kienet importanti ħafna biex jiżdiedu l-opportunitajiet għal persuni li jixtiequ jkomplu bl-edukazzjoni tagħhom. Il-Ministeru kkunsidra dan bħala prijorità ewlenija u din l-inizjattiva, flimkien ma’ inċentivi finanzjarji oħra, li huma parti minn spinta usa’ biex tiżdied l-aċċessibilità għal-edukazzjoni għolja.

    Il-Ministru għall-Finanzi l-Professur Edward Scicluna qal li dawn it-tipi ta’ inizjattivi jħeġġu aktar nies biex ikomplu bl-istudji tagħhom u javvanzaw fil-karriera tagħhom. Il-Ministru żied jgħid li l-Gvern diġà introduċa skemi ta’ tnaqqis fit-taxxa li permezz tagħhom studenti li jtemmu b’suċċess il-kors tagħhom li jwassal għal ċertifikazzjoni bħal diploma, lawrja jew grad post-universitarju, jirċievu kreditu tat-taxxa li jippermettilhom jirkupraw parti sostanzjali mill-ispejjeż tal-istudji tagħhom. Il-Ministru Scicluna kkonkluda li ‘inizjattivi bħal dawn jappoġġjaw l-iżvilupp personali ta' individwi li mhux biss jikkontribwixxu għat-tkabbir personali tagħhom, iżda jservu wkoll bħala mezz biex jindirizzaw il-bżonnijiet ta' diversi industriji.’

    Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali Dr Aaron Farrugia qal li l-istudenti, b’mod partikolari dawk li ma jikkwalifikawx għal boroż ta’ studju fuq bażi annwali, issa se jkollhom aċċess għal aktar appoġġ. “Li nagħrfu l-ħtieġa għal strumenti finanzjarji differenti, u nipprovduhom, huwa pass il-quddiem biex nindirizzaw l-ugwaljanza soċjali u l-isfidi fl-edukazzjoni. Strument bħal dan se jikkumplimenta boroż ta' studju bħall-iskema Endeavour ffinanzjata mill-UE, mhux jissostitwuhom, u jippermetti lill-istudenti jimmiraw ogħla u jirnexxu. Filwaqt li fil-fora tal-UE, ħafna qed jinsistu biex strumenti finanzjarji jissostitwixxu għotjiet fi flus, il-Gvern tagħna jemmen bis-sħiħ li t-tnejn għandhom jikkumplimentaw lil xulxin,’ qal Dr. Farrugia, u żied li din l-inizjattiva se tikkontribwixxi aktar għall-prosperità ta' pajjiżna.

    Il-Pakkett ta' Finanzjament BOV Studies+ huwa ffinanzjat taħt il-Programm Operazzjonali II - "Ninvestu fil-kapital uman biex noħolqu aktar opportunitajiet u nippromwovu l-benesseri tas-soċjetà’ li huwa ko-finanzjat mill-Programm tal-Fond Soċjali Ewropew 2014-2020.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0