Kampjonat Ewropew tan-Nisa: Il-Maltin iċedu fl-aħħar 20 minuta

  • Ott 04, 2019 21:00
  • Miktub minn iNews
"

    Ritratt: Dominic Borg

    Malta ............. 0

    Italja............... 2

    Wirja qalbiena ma ki­nitx biżżejjed għat-team nazzjonali Malti tan-nisa hekk kif f’partita valida mir-round ta’ kwalifikazzjoni tal-Kampjonat Ewropew 2021, ġie megħlub mill-Italja bl-iskor ta’ 2-0.

    Madankollu, il-players tagħna jimmeritahom kull tifħir li kienu sfida denja ... kontra team li huwa klassifikat fl-14-il post fir-rankings tal-FIFA  minbarra li wasal sal-kwarti-finali fl-edizzjoni finali tat-Tazza tad-Dinja li saret fi Franza, fil-bidu tas-sajf li għadda. 

    Kien fis-16-il minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota min-naħa tat-Taljani meta  xutt minn tarf il-kaxxa ta’ Valentina Giacinti għadda ftit għoli minn fuq il-lasti difiżi mill-goalkeeper Maltija, Janice Xuereb.

    Huma komplew jiddettaw il-logħob u tliet minuti wara, Aurora Galli ttantat xortiha permezz ta’ xutt mill-viċin li  ġie salvat bi bra­vura minn Xuereb.

    It-Taljani komplew jiddominaw u fis-27 minuta resqu ferm viċin li jiftħu l-iskor meta Elisa Bartoli serviet lil Aurora Galli li rat it-tentattiv tagħha minn pożizzjoni ideali milqugħ minn Xuereb li kienet ukoll providenzjali f’diversi ok-każjonijiet biex żammet lil sħabha fil-logħba. 

    Il-Maltin wieġbu għall-ewwel darba fil-41 minuta meta Maria Farrugia għaddiet tajjeb lejn Brenda Borg, li iżda żmarkata għal kollox, kellha konklużjoni żbaljata hekk kif permezz ta’ xutt angolat minn ġol-kaxxa, xeħtet inkredibbilment barra.

    Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, it-team immexxi mill-coach Milena Bertolini, kompla fejn ħalla qabel il-mistrieħ, u fis-60 minuta tilef okkażjoni tad-deheb li jiftaħ l-iskor meta wara taħwida fil-kaxxa, Stefania Tarenzi minn taħt il-lasta rat lill-goalkeeper Maltija ssalva bi bravura, biex evitat goal ċert.

    Ħames minuti wara, is-sostituta Cristiana Girel­li indirizzat cross insidjuż fejn Valentina Bergamaschi kellha d-daqqa ta’ ras mill-viċin tiġi salvata minn Xuereb.

    B’azzjoni wara l-oħra, finalment it-Taljani fetħu l-iskor fid-69 minuta, meta Cristiana Girelli bit-takkuna pprovdiet l-assist lil ELISA BARTOLI, li għaddiet taj­jeb minn bejn tliet difensuri Maltin, qabel ma tefgħet il-ballun fir-rokna tax-xibka.

    Fil-ħin miżjud l-avversarji tagħna ssiġillaw ir-reb­ħa meta ngħataw penal­ty wara li Emma Lipman messet il-ballun b’idha fil-kaxxa, biex CRISTIANA GIRELLI, ma żbaljatx hekk kif xeħtet il-ballun naħa u lil Xuereb in-naħa opposta.

    Iżda minkejja din it-telfa, il-Maltin xorta waħda ħarġu b’rashom mgħollija għax bl-ebda mod ma ġew umiljati.

    MALTA: 1-Janice Xuereb, 4-Emma Lipman, 5-Stephania Farrugia, 6-Dorianne Theuma, (3-Ann-Marie Said 59), 8-Rachel Cuschieri, 13-Maria Farrugia, 14-Shona Zammit, 15-Jade Flask, 16-Charlene Zammit, 17-Brenda Borg (18-Emma Xuereb 71), 20-Nicole Sciberras (21-Jasmine Louise Turner 82) - Coach: Mark Gatt

    ITALJA:  1-Laura Giuliani, 2-Valentina Bergamaschi, 3-Sara Gama, 4-Aurora Galli, 11-Gloria Marinelli (10-Cristiana Girelli 46), 13-Elisa Bartoli (7-Alia Guagni 84), 14-Stefania Tarenzi (8-Martina Rosucci 63), 16-Laura Fusetti, 19-Valentina Giacinti, 21-Valentina Cernoia, 23-Manuela Giugliano - Coach: Milena Bertolini

    REFEREE: Ivana Projkovska (Maċedonja)

    ASS. REFEREES:Biljana Atanasovski, Elena Soklevska Ilievski (Maċedonja)

    RABA’ UFF: Marija Koneska (Maċedonja)

    SKORERS:E. Bartoli 69, C. Girelli pen. 90 (I)

    AMMONITI:J. Flask, E. Lipman (M)

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0