Kampjonat Premier: Floriana leaders assoluti

  • Ott 06, 2019 21:00
  • Miktub minn iNews
"

    Ritratt: Dominic Borg

    Floriana............... 2

    Tarxien R............ 1

    Floriana komplew jikkonfermaw il-qawwa tagħhom meta dawru telfa f’rebħa ta’ 2-1 kontra Tarxien Rainbows u b’hekk irritornaw fl-ewwel post tal-klassifika.

    Kienu l-Greens li ħolqu l-ewwel periklu meta wara biss tliet minuti, free-kick insidjuż ta’ Diego Venancio ħabat max-xibka minn barra.

    Ir-Rainbows wieġbu er­ba’ minuti wara permezz ta’ xutt mid-distanza tad-debuttant Manuel Torres  li iżda għadda ferm għoli.

    U fl-24 minuta, l-istess MANUEL MURILLO TORRES din id-darba ma ħafirx hekk kif venven xutt fil-baxx b’saħħtu minn barra l-kaxxa li ħasad għal kollox lil Ini Etim Akpan.

    Iżda Tarxien ftit li xejn damu jifirħu hekk kif tliet minuti biss wara, il-Greens ġabu l-iskosr indaqs meta Diego Venancio xeħet free­-kick stupend, b’JAN BUSUTTIL ikun pront u bir-ras xellef il-ballun għal ġox-xibka.

    Huma komplew jiddettaw il-logħob u fit-33 minuta Matias Nicolas Garcia serva lil Kristian Keqi, li minn pożizzjoni ideali ra lill-goalkeeper tar-Rainbows, Rudy Briffa, isalva tajjeb b’siequ.

    Aktar ma beda jgħaddi l-ħin, Floriana, bdew jir­riżultaw bħala l-aħjar team u fis-36 minuta, Ryan Camenzuli għadda tajjeb lejn Tiago Adan Fonseca li ma rnexxielux jagħmel kuntatt mal-ballun, b’dan jispiċċa għand Kristian Keqi li mill-viċin, ra t-tentattiv tiegħu jistampa mal-wieqfa.

    Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, il-Greens ħarġu aggressivi fit-tentattiv li jmorru fil-vantaġġ u ma damux biex jagħmlu dan hekk kif fit-53 minuta, wara li rċieva minn cross ta’ Diego Venancio, KRISTIAN KEQI permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża, tefa’ l-ballun wara l-goalkeeper Rudy Briffa.

    Huma tilfu ċans tad-deheb li jkomplu jkabbru l-marġni tal-iskor sitt minuti wara meta José Arias Ulises għadda lejn Kristijan Keqi li kellu x-xutt fil-baxx tiegħu jintemm kemm kemm barra. FLORIANA: 12-Ini Etim Akpan, 6-Enzo Ruiz, 7-Diego Venancio, 9-Kristian Keqi (11-Brandon Paiber 90), 10-Jose Arias Ulises (8-Clyde Borg 80), 17-Jurgen Pisani, 20-Matias Nicolas Garcia, 22-Alex Cini, 30-Jan Busuttil (80-Terence Vella 75), 94-Ryan Camenzuli, 99-Tiago Adan Fonseca - Coach: Vincenzo Potenza

    TARXIEN R.: 12-Rudy Briffa, 2-Marco Botta, 3-Thomas Veronese, 4-Destin Mambouana, 9-Emile Damey, 13-Gary Camilleri, 14-Manuel Murillo Torres, 15-Marko Stanojevic (22-Miguel Ciantar 78), 17-Brooke Farrugia, 23-Miranda Gomez, 28-Nevin Portelli (5-Brandon Muscat 81) - Coach: Marko Glumac

    REFEREE: Emanuel Grech

    ASS. REFEREES:Thomas Debono, Ivan Galea

    RABA’ UFF: Philip Farrugia

    SKORERS:M. Murillo Torres 24 (T), J. Busuttil 27, K. Keqi 53 (F)

    AMMONITI:G. Camilleri (T)

    PLAYER TAL-LOGĦBA:Kristian Keqi (F)

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0