“San Ġiljan mhu miżbla ta' ħadd!” … Tgħid lil kunsillier li drat tagħmel hekk “għax dejjem miżbla tkun dik iż-żona”

  • Ott 07, 2019 10:47
  • Miktub minn iNews
"

    “San Ġiljan mhu miżbla ta' ħadd!” Hekk saħaq il-kunsillier Laburista għall-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan Adrian Dominic Ellul hekk kif aktar kmieni llum ippubblika ritratti ta’ persuna tiddisponi mill-iskart illegalment f’żona f’Ta’ Giorni fejn tpoġġew iBins.

    Filwaqt li saħaq li ilu jtella’ u jniżżel jekk għandux jippubblika dan ir-ritratt fuq il-midja soċjali, huwa jinsab imxebba’ mis-sitwazzjoni li qed jgħixu fiha r-residenti ta’ Ta’ Giorni.

    Huwa żied jgħid li nhar is-Sibt li għadda mar fiż-żona u sab munzell enormi ta’ żibel jistennih ħdejn l-iBins.

    Tenna li “ftit wara li pparkjajt nara mara għaddejja b’basket tal-karti u tefgħatu fuq il-munzell li kien hemm.” Saħaq li huwa mar ikellimha immedjatament, bil-mara ma tiħux tajjeb l-intervent tal-kunsillier Laburista u tgħidlu li drat tagħmel hekk “għax dejjem miżbla tkun dik iż-żona”.

    Ellul żied jgħid kif saħansitra ftit tal-ħin wara ra żewġ vetturi li mingħajr ma waqfu waddbu borża taż-żibel fuq il-munzell li kien hemm.

    Ellul temm jgħid li “min hu bodbod tista’ tagħtih kollox b’xejn għax ma jitgħallimx.” Temm jgħid li n-nuqqas ta’ infurzar tal-liġi mhix skuża, u saħaq li hija kwistjoni ta’ diċenza u mħabba lejn il-lokalità li twasslek biex ma tarmix żibel barra.

    Saħaq li fil-jiem li ġejjin mistennijin li jitħabbru miżuri biex dan il-“vizzju” jinqata’ miż-żona.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0