Irreġistrata żieda oħra fl-ammont ta' turisti li żaru Malta

  • Ott 07, 2019 15:59
  • Miktub minn iNews
"

    F'Awwissu, Malta tilqa fi ħdanha mat-339,000 turist, żieda ta' 6.7% meta mqabbel mas-sena li għaddiet…

    Matul ix-xahar ta’ Awwissu, tipikament wieħed mill-iktar xhur b'saħħtu fejn jidħol is-setturi tat-turiżmu, in-numru ta' turisti li żaru lil pajjiżna tela’ għal 338,758 turist. Dan in-numru jfisser żieda ta' 6.7% meta mqabbel mal-ammont ekwivalenti tas-sena li għaddiet.

    Fl-aħħar stħarriġ ippubblikat mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, mit-turisti li żaru lil pajjiżna matul ix-xahar t'Awwissu, jidher il-maġġur parti ġew għal skop ta' vaganza, filwaqt li 9,656 żaru lil pajjiżna għal skopijiet intraprenditorjali. In-numru ta' turisti li ġew minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropa żdiedu b'8.3% u laħqu il-51,300 persuna, filwaqt li dawk li ġew minn pajjiżi Ewropej (7%) u dawk minn pajjiżi fiż-żona Ewro (9.9%) ukoll irreġistraw żieda sostanzjali. 

    Apparti n-numru tat-turisti, l-NSO ħabbar li kien hemm żieda fin-nefqa diretta rreġistrata mit-turisti li ġew f'Malta, hekk kif l-infiq totali kien kkalkulat li jilħaq il-€329.6 miljun, żieda ta' 2.8% meta mqabbel mal-istess perjodu fis-sena preċedenti.

    L-NSO tisħaq ukoll li l-maġġur parti tat-turisti li ġew Malta (78%) żaru lill-pajjiżna għall-ewwel darba. Meta mqabbel mas-sena li għaddiet, jidher li f'Awwissu, kien hemm żieda ta' iktar minn 21,000 turist fuq l-ammont ta' viżitaturi li ġew f'Malta għall-ewwel darba.

    Il-maġġor parti tat-turisti li ġew f'Malta qagħdu għal sebat iljieli jew iktar, madanakollu l-NSO rreġistrat żieda ta' 21.9% fl-ammont ta' turisti li żaru pajjiżna għal perjodu ta' bejn erbat u sitt iljieli, kif ukoll żieda ta' 8.9% fl-ammont ta' turisti li ġew għal perjodu ta' bejn lejl u tlett iljieli. 

    Intant, matul l-ewwel tmien xhur tas-sena, in-numru ta' turisti li ġew f'Malta laħaq il-1.8 miljun, żieda ta' 4.7% meta mqabbel mal-perjodu ugwali. Filwaqt li n-nefqa rikorrenti ta' dawn it-turisti rreġistrat żieda ta' 3.9% biex tilħaq il-€1.5 biljun, jidher li l-ispiża per capita ta' kull turist niżlet b'0.90% għal €810, tendenza li hija waħda komuni fil-maġġur parti tas-swieq turistiċi madwar id-dinja.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0