Missier Daphne jattakka quddiesa organizzata mill-PN

  • Ott 08, 2019 13:16
  • Miktub minn iNews
"

    Michael Vella, missier Daphne Caruana Galizia, iddeskriva l-quddiesa li l-PN qed iħejji b'sufraġju għal ruħ l-artikolista bħala wieħed li ma jnaqqas xejn mill-insulti li Adrian Delia għadda fil-konfront tagħha.

    Fl-10 ta' Ottubru l-Kumitat PN Sliema se jorganizza quddiesa fil-knisja ta' St. Patrick's segwita minn diskors tal-eks-ministru Louis Galea fis-sala tal-istess skola.

    Dan xejn ma niżel tajjeb ma' Vella li iddeskriva l-inizjattiva bħala waħda li la tagħmel tajjeb għall-insulti li Delia għadda lejn bintu u lanqas għal dak li huwa sejjaħ in-nuqqas tal-PN taħtu li jiġġieled il-korruzzjoni fil-Gvern li ħoloq klima li wassal għall-qtil tagħha.

    Huwa żied li l-quddiesa lanqas ma tpatti għall-attentati, bil-barka tal-Istat, li tintesa l-memorja tagħha b'attakki kontra l-familja u semma kif dawn l-attakki lanqas ġew rappurtati mill-media tal-partit.

    “Għalina din l-inizjattiva opportunista hija insult lejn it-tifla tagħna Daphne, lejn dawk kollha li kienet tirrappreżenta u li mietet għalihom kif ukoll lejn dawk li bħala ġġieldu kontra l-korruzzjoni u favur it-trasparenza u l-onesta fil-governanza”, żied jgħid Vella.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0