Kampanja ta’ informazzjoni bi tħejjija għal Brexit

  • Ott 08, 2019 15:16
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza Edward Zammit Lewis nieda l-kampanja ta’ informazzjoni li qed issir wara diversi xhur ta’ ħidma u b’kollaborazzjoni mal-Ministeru u entitajiet oħra. Brexit: Be Prepared tgħin biex inħejju rwieħna fl-eventwalità li jkun hemm ftehim u anke jekk le.

    Bħala preparamenti għal no-deal, din il-ħidma ġiet ikkordinata mill-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej. Il-Kummissjoni Għolja tar-Renju Unit għal Malta indikat li hi sodisfatta bil-progress u l-livell ta’ ħidma li saret mill-Gvern Malti.

    Il-Ministru Zammit qal li l-Gvern qiegħed iwassal messaġġ pjuttost ċar dak li juri li l-ħidma li qed issir u li bħala gvern jinsab preparat għal kull eventwalità. Dan huwa importanti għax huwa suġġett li se jolqot lil Maltin u l-Għawdxin kollha sew jekk jinsabu f’pajjiżna jew jekk jgħixu fir-Renju Unit. Huwa fisser li l-helpline li tnieda għaddej b’suċċess fejn kull mistoqsija qed tiġi mwieġba minn nies tekniċi fis-suġġett.

    Il-Ministru Zammit qal li dan is-suġġett se jkun qed jiġi diskuss kuljum u li se jkun hemm briefings u l-użu tal-midja soċjali biex jikkomunikaw. Il-Ministru Zammit ħabbar li fil-ġimgħat li ġejjin se jsiru numru ta’ drills fis-setturi kollha tal-amministrazzjoni pubblika bil-għan li kemm jista’ jkun jonqos l-impatt ta’ tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea mingħajr ebda qbil.

    Is-Segretarju Prinċipali Ewlieni Mario Cutajar faħħar in-numru ta’ inizjattivi li ttieħdu mid-dipartimenti tal-gvern fejn baqgħu attivi. Huwa qal li l-ewwel ħsieb kien biex jiġi trażmess serħan il-moħħ. “Bħala Gvern bqajna konsistenti biex nagħtu l-għajnuna lil min jitlobha. Kif ħriġna qabel, irridu nkunu l-iktar pajjiż ewropew eu friendly.”

    Ritratti: Alan Saliba

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0