Il-BOV Internet Banking aktar sigur

  • Ott 08, 2019 16:38
  • Miktub minn iNews
"

    Dan l-aħħar il-Bank of Valletta aġġorna s-sistema tiegħu tal-Internet Banking u Securekey biex ikompli jipproteġi s-sigurtà tal-klijenti tiegħu.

    Is-Securekey is-sewda issa ġiet sostitwita b' securekey diġitali "BOV Signatures" li tiġi aċċessata mill-ismartphone jew b’ Securekey fiżika ġdida.

    Biex isiru tranżazzjonijiet finanzjarji, il-klijenti jridu jdaħħlu l-aħħar ħames numri tal-kont li jixtiequ jittrasferixxu l-flus lejh, flimkien mal-ammont tal-ħlas. Dan jawtentika t-tranżazzjoni u jipprovdi aktar protezzjoni lill-klijenti billi jssaħħaħ is-sigurtà bankarja onlajn tagħhom u jnaqqas ir-riskju ta’ frodi.

    Sabiex il-proċess ta' ħlas ikun wieħed sempliċi u mgħaġġel kemm jista' jkun, filwaqt li jżomm l-istess livell ta' sigurtà, permezz tas-securekey diġitali jistgħu jużaw funzjoni ġdida "Cronto" sabiex jawtorizzaw u jawtentikaw it-tranżazzjonijiet tagħhom. Minflok ma joqgħodu jddaħħlu n-numri tal-kont u l-ammont tal-ħlas, il-klijenti kemm sempliċement jiskennjaw il-"Cronto" fil-BOV Mobile App u jdaħħlu l-kodiċi li jidher fuq il-BOV Internet Banking.

    Il-klijenti jistgħu jniżżlu l-BOV Mobile Banking App mingħajr ħlas minn Google Play jew App Store biex jibdew jużaw il-"BOV Signatures" u l-funzjoni "Cronto" għal pagamenti veloċi u faċli permezz tal-BOV Internet Banking.  

    Għal aktar informazzjoni u gwidi, wieħed jista’ jidħol fuq https://www.bov.com/content/bov-mobile-banking.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0