A
Arkeologi Iżraeliti
jsibu “New York
ta’ Żmien il-Bronż”
rkeologi Iżraeliti sabu l-fdalijiet ta’ belt li għandha madwar 5,000 sena, liema belt hu maħsub li kienet fost l-ikbar li kien hemm fir-reġjun fiż-żmien tagħha. Din il-belt, li għandha daqs ta’ 0.65 kilometru kwadru tinkludi fortifikazzjonijiet, maqdes u ċimiterju. Huwa maħsub li f’din il-belt kien hemm jabitaw 6,000 persuna u din qiegħda tiġi deskritta mill-arkeologi bħala “New York ta’ Żmien il-Bronż” tar-reġjun.
Uffiċjali mill-Awtorità tal-Antikità ta’ Iżrael qalu li din hija belt li ġiet mibnija b’mod maħsub b’toroq li jisseparaw il-postijiet fejn jgħixu n-nies minn żoni pubbliċi.
Dan is-sit arkeoloġiku magħruf bħala En Esur qiegħed jiġi meqjus bħala l-iktar wieħed importanti ta’ din l-era f’dan ir-reġjun. Meta wieħed jikkumpara d-daqs tal-bliet ta’ żmien din l-era, wieħed jikkonkludi li din kienet belt kbira u vibranti bl-abitanti jaqilgħu l-għejxien tagħhom mill-agrikoltura u anke jwettqu kummerċ ma’ reġjuni u saħansitra kulturi u renji differenti.
Fil-qalba ta’ din il-belt kien hemm tempju u fih instabu għadd ta’ figurini rari ħafna li juru umani b’wiċċ ta’ annimali. Fit-tempju nstabu wkoll biċċiet ta’ għadam maħruq tal-annimali li huma xhieda li f’dan it-tempju kienu jsiru s-sagrifiċċji tal-annimali.
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.