Owen Bonnici jeskludi li l-IIP tiġi sospiża

  • Ott 08, 2019 20:23
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici eskluda li l-Programm ta' Ċittadinanza b'Investiment (IIP) jiġi sospiż fid-dawl tal-allegazzjoni li sar fuq programm televiżiv Franċiż li wassal biex il-liċenzja ta' kumpanija legali tiġi sospiża sakemm tintemm l-investigazzjoni.

    Kien id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami li waqt il-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari staqsih jekk kumpaniji jistgħux jagħmlu reklami minn uffiċini governattivi nkluż tal-Prim Ministru biex ibiegħu l-passaporti.

    Bonnici beda biex għamilha ċara li f'pajjiżna ma nbiegħux passaporti u min jgħid li qed inbiegħuhom jkun qed juża frażi żbaljata għax iċ-ċittadinanza tingħata lil nies li jinvestu u dan jekk jilħqu l-kriterji stabbiliti wara li jridu jgħaddu minn testijiet iebsin.

    Dwar il-każ li wassal għas-sospensjoni tal-liċenzja tal-kumpanija Chetcuti Cauchi Advocates, Bonnici fakkar li għaddejja investigazzjoni fuq diversi fronti u għalhekk irridu nħalluha għaddejja u naraw l-eżitu tagħha.

    Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia staqsih jekk il-Gvern hux se jissospendi l-IIP fid-dawl ta' dan il-każ bil-Ministru Bonnici wieġbu billi fakkru kif il-Kummissjoni Ewropea stess ikkonkludiet li l-iskema li adotta pajjiżna mhux bħal ta' ċertu pajjiżi għax dwarha hemm 'due diligence' stretta.

    Bonnici rrimarka kif l-Oppożizzjoni hija konfuża dwar l-IIP għax qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali l-eks-Kap tal-PN Simon Busuttil ma qalx li jekk jitla' jneħħiha imma li jara s-sistema u żied li l-PN irid jgħid jekk għamilx U-turn dwar il-pożizzjoni tiegħu fuq l-IIP u allura issa sarx kontriha jew le.

    Mistoqsi mill-istess Delia jekk il-Gvern hux se jissospendi l-IIP fid-dawl tal-allegazzjonijiet li saru fil-programm Franċiż, Bonnici nsista li r-regolatur qiegħed jinvestiga u fakkar li l-persuna li qed tokkupa l-kariga kienet maqbula bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni.

    Huwa fakkar ukoll li dwar dan il-każ ħadet passi wkoll il-Kamra tal-Avukati li fl-aħħar jiem irreferiet il-każ lill-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja.

    Bonnici żied li huwa kburi li Malta għandha Prim Ministru li jdur id-dinja u jġib l-investiement lejn pajjiżna u rrimarka li l-problema li qed jiffaċċja l-pajjiż hija li m'hawnx biżżejjed impjegat għall-ammont ta' xogħol li hawn.

    Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali kien mistoqsi mill-Whip tal-Gvern Byron Camilleri dwar l-istqarrija ta' Delia li ried inkjesta maġisterjali dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.

    Huwa wieġeb li din il-mistoqsija tirrifletti l-istat konfużjonarju li tinsab fiha l-Oppożizzjoni għax l-inkjesta maġisterjali ilha li bdiet mindu seħħ il-qtil lura fis-16 ta' Ottubru 2017.

    Waqt li semma kif l-inkjesta qed titmexxa mill-Maġistrat Neville Camilleri, li iddeskrivih bħala bniedem rispettat immens u li qed jagħmel xogħlu tajjeb, Bonnici qal li l-mistoqsija ta' Delia tagħti x'jifhem li l-Kap tal-Oppożizzjoni ħawwad l-inkjesta maġisterjali mal-inkjesta pubblika.

    Delia reġa' qam jistaqsih dwar l-IIP u jekk il-Gvern ikkunsidrax li jwaqqafha b'Bonnici jfakkru kif fl-aħħar elezzjoni ġenerali l-manifest elettorali tal-PN ma semmiex li se jneħħiha.

    Huwa appella wkoll kemm lil Delia kif ukoll lill-PN biex jgħidu lil dawk id-deputati Nazzjonalista li qed imorru barra biex jagħmlu ħsara lil Malta biex jieqfu jagħmlu dan.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0