[FILMAT] Xokkanti fil-Messiku … Ikaxkru lis-Sindku minn vann tul it-triq għax ma rranġalhomx it-toroq!

  • Ott 09, 2019 15:03
  • Miktub minn iNews
"

    Sindku Messikan spiċċa biex ġie mkaxkar tul it-toroq tal-lokalità minn residenti mgħaddbin wara li naqas milli jwettaq il-proġetti li wiegħed tul il-kampanja tiegħu, fosthom xogħol fit-toroq lokali.

    Jorge Luis Escandon Hernandez, is-Sindku ta’ Las Margaritas fl-istat ta’ Chiapas, safa l-vittma ta’ kotra ta’ residenti li kaxkruh mill-uffiċċju tiegħu.

    Jidher li r-residenti ilbieraħ marru l-uffiċċju tiegħu fejn talbuh li jwettaq il-wegħdiet elettorali. Is-sitwazzjoni kompliet teskala, tant li attakkawh, ħarġuh mill-uffiċċju tiegħu u rabtuh ma’ vann.

    Filmat xokkanti juri lil Escandon jisfa mkaxkar tul it-triq mill-vann. L-attakk fil-konfront tas-Sindku baqa’ għaddej sakemm kellhom jintervjenu madwar 40 uffiċjal tal-pulizija.

    Il-kotra saħansitra anke attakkat lill-pulizija, b’20 persuna jindarbu, u bi 30 persuna oħrajn jisfaw arrestati.

    Escandon sofra biss ġrieħi ħfief f’dan l-inċident. F’diskors tmien sigħat biss wara li seħħ l-attakk is-Sindku qal li huwa mhux se jiġi intimidat b’dak li ġara.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0