Ikkundannat 11-il sena ħabs wara li joqtol mara diżabbli b'daqqiet ta' mazza f'rasha u jidfinha f'ħajt ta' appartament

  • Ott 09, 2019 19:19
  • Miktub minn iNews
"

    Raġel minn Kalifornja kien ikkundannat għal 11-il sena priġunerija wara li qatel lil mara diżabbli li kienet qed tgħix fl-istess appartament miegħu b’daqqiet ta’ mazza u wara saħansitra ħbieha fil-ħitan għal xejn inqas minn sitt snin.

    Randolph Garbutt, ta’ 47 sena minn Los Angeles, ix-xahar li għadda ammetta li fl-2009 kien qatel lil Raven Joy Campbell, ta’ 31 sena.

    F’Lulju tal-2015, il-fdalijiet ta’ Campbell kienu tneħħew minn ġewwa ħajt fir-residenza li kienet taqsam mar-raġel wara li l-ġirien bdew jilmentaw minn riħa tinten.

    Campbell, li kellha iben, kienet ilha rapportata nieqsa minn Ġunju tal-2009.

    Awtopsja ddeterminat li l-mara, li kienet diżabbli, mietet kaġun ta’ daqqa qawwija f’rasha.

    L-eks-sieħba ta’ Gurbett, Myesha Smith, xehdet li r-raġel kien qalilha li kien qatel lil Campbell minħabba li “Alla riedha”.

    Wara li geżwer lill-mara f’kutra u biċċa plastik, huwa talab lil Smith biex tgħinu jidfen lill-mara f’ħofra li kien qata’ f’ħajt u anke saħansitra kien ħaffer parti mill-pavimentar tar-residenza.

    Il-pulizija skopriet dwar il-qtil tal-mara wara li f’Ġunju tal-2015 kienet irċeviet telefonata anonima li wasslithom biex jagħmlu tiftix fir-residenza li kienet użata mir-raġel u l-mara.

    Gurbett kien qal lill-pulizija li Campbell kienet waqgħet u ħabtet rasha, u li kien fagaha b’borża tal-plastik minħabba li kien qed jibża’ li kien se jingħata tort tal-ġrieħi li kienet sofriet.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0