Barcelona jridu jbiegħu players b’total ta’ €124 miljun

  • Ott 10, 2019 00:24
  • Miktub minn iNews
"

    Iċ-champions Spanjoli, Barcelona, iridu jdaħħlu total ta’ €124 miljun f’bejgħ ta’ players qabel l-aħħar ta’ Ġunju 2020 biex jevitaw li jirriskjaw l-istabbilitá finanzjarja, qal l-ESPN FC.

    Ir-rapport isostni li l-Blaugrana huma intenzjonati li jbiegħu lil Philippe Coutinho – bħalissa misluf għall-istaġun kollu lil Bayern Munich – u l-midfielder Ivan Rakitic qabel ma jiskadi ż-żmien imsemmi fuq.

    Ir-rapport ikompli jsostni li s-somma ta’ €124 miljun hija dik bżonnjuża fil-profitt tat-trasferimenti biex jiġi evitat li l-club jidħol fid-dejn – sett ta’ ċirkostanzi li jistgħu jaraw il-bord kurrenti jiġi sfiduċjat mill-membri tal-club.

    Bayern għandhom l-għażla li jħallsu €120 miljun biex jakkwistaw lil Coutinho fuq bażi permanenti u jridu jinfurmaw lill-club Katalan bl-intenzjonijiet tagħhom qabel id-data tat-30 ta’ Ġunju.

    Rakitic, bħal Coutinho, kien player li ssemma’ ħafna maċ-champions Franċiżi, Paris St-Germain, fis-sajf li għadda, iżda rrifjuta t-trasferiment bir-rapporti jissuġġerixxu li t-tnejn kienu ġew offruti bħala parti mit-trasferiment bi bdil għall-attakkant Neymar.

    L-internazzjonali Kroat, Rakitic, beda logħba waħda biss dan l-istaġun taħt il-coach Ernesto Valverde u r-rapport jissuġġerixxi li r-relazzjoni bejn iż-żewġ naħat ‘iddeterjorat’, b’Inter, Juventus u Manchester United kollha kienu msemmija mal-ex captain ta’ Sevilla.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0