Jistupraha fid-dar tagħha wara li ppruvat toqtlu

  • Ott 10, 2019 13:42
  • Miktub minn iNews
"

    Iktar kmieni llum, il-Qorti semgħat kif persuna akkużata b'attentat omiċidju fil-konfront tas-sieħeb tagħha, spiċċat vittma ta' stupru mill-istess akkużat matul tmiem il-ġimgħa li għaddiet.

    Quddiem il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo, l-Avukat Difiża tal-akkużata Stefano Filletti saħaq kif matul tmiem il-ġimgħa, l-eks sieħeb tagħha (li kien ukoll il-vittma fl-akkuża ta' attentat ta' omiċidju) mar quddiem id-dar tal-akkużata, u wara li għal ċertu ħin hedded lill-mara verbalment, żgassa l-bieb prinċipali tad-dar, daħal fuq il-mara u stupraha. 

    Ftit ħin wara, r-raġel ħareġ mill-fond tal-propjetà, u ftit wara reġa rritorna fuq il-post, fejn reġa ipprova jidħol fid-dar, iżda b'xorti tajba kien imwaqqaf mill-Pulizija li kienu ssejjħu mill-vittma tal-aggressjoni, u kien arrestat dak il-ħin.

    Jirriżulta wkoll li, filwaqt li l-mara kellha ordni mingħand il-Qorti biex ma tersaqx lejn l-eks-sieħeb tagħha u ma tkellmux, ir-raġel ma kellux ordni reċiproki.

    Filletti saħaq li dan il-każ qiegħed jiġi investigat mill-pulizija, u bħala evidenza ta' dan ir-reat, huwa esebixxa filmat li l-mara ħadet bit-telefon ċellulari. Huwa saħaq ukoll li kienu seħħew inċidenti ta' theddid vjolenti ripetutament qabel ma seħħ dan il-każ, pero ta' dan tal-aħħar kien ikkaġuna ferita psikoloġika kbira fuq il-mara, u kien għalhekk li s-smigħ tal-każ oriġinali fuq akkuża ta' attentat omiċidju kellu jiġi diferit għal żmien iktar tard.

    Il-prosekuzzjoni, mmexxija mill-Ispettur Eman Hayman, ma oġġezzjonatx din it-talba. Il-każ ser ikompli jinstema f'Novembru li ġej.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0