Ivan Rakitic irid jitlaq lil Barcelona

  • Ott 11, 2019 00:15
  • Miktub minn iNews
"

    Il-player ta’ nofs il-ground Kroat, Ivan Rakitic, qed jikkonsidra serjament li jitlaq lil Barcelona sabiex jingħaqad ma’ club ieħor. Il-midfielder ta’ 31 sena jinsab ferm diżappuntat biż-żmien tiegħu mal-Blaugrana minħabba li mhux qed jingħata spazju mill-coach Ernesto Valverde tant li mill-bidu tal-istaġun bilkemm lagħab nofs siegħa.

    Sadanittant Inter qegħdin  jaraw dak li qed iseħħ u jinsabu lesti li joffru kuntratt lil Rakitic meta jerġa’ jiftaħ is-suq tat-trasferimenti, f’Jannar li ġej. Din is-sitwazzjoni tista’ sseħħ minħabba l-fatt li l-valur ta’ dan il-player naqas drastikament fejn minn €50 miljun, il-prezz niżel għal €30 miljun.

    Id-diriġenti ta’ Inter immexxija mid-direttur sportiv Beppe Marotta huma lesti jibdew taħditiet mal-ogħla awtoritajiet ta’ Barcelona f’dan ir-rigward.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0