“Kull min jagħżel li jgħin lilu nnifsu għalija huwa eroj ”... Tuża l-mużika biex iżżid l-għarfien fuq is-suwiċidju

  • Ott 12, 2019 16:49
  • Miktub minn Maria Azzopardi
"

    Hekk kif fl-10 ta’ Ottubru ġie ċċelebrat il-Jum Dinji tas-Saħħa Mentali, fejn din is-sena t-tema kienet tiffoka fuq il-ħidma għall-prevenzjoni tas-suwiċidju, filwaqt li f’Novembru jiġi ċċelebrat Movember, fejn fost it-temi hemm is-suwiċidju fost l-irġiel, inewsmalta tkellmet ma’ Sharon Pereira, kantanta, kittieba u recording artist ibbażata f’Malta ta’ 22 sena li ma tiddejjaqx tuża t-talent tagħha biex toħloq iktar għarfien fuq is-saħħa mentali.

    Sharon qalet,“Ħafna nies għandhom dak il-ħsieb li jekk persuna tkun suwiċidali u tiddeċiedi li tgħid lil xi ħadd dwarha, huma qed jagħmlu hekk biex ifittxu l-attenzjoni biss. Naħseb li hija iktar bħala għajta għall-għajnuna. Jekk il-persuna verament qed tfittex l-attenzjoni allura b’kull mod irrid inkun l-ewwel waħda li nagħtihom dik l-attenzjoni u nurihom li jien lesta li nismgħahom u ngħidilhom kemm huma importanti għalija bħala persuna u bħala ħabib/a. Irrid nagħmel lil dik il-persuna tħossha maħbuba u tħossha li tappartjeni fis-soċjetà.”

    Bosta kienu dawk il-kantanti internazzjonali li tkellmu fuq is-suġġett tas-saħħa mentali u s-suwiċidju, fil-fatt Sharon qalet li tammira ħafna l-kantanti li rnexxielhom jagħmlu dan għax mhux faċli li titkellem dwaru u wisq inqas li tkanta dwar suġġett bħal dan. Hija qalet li personalment ħasset li kien importanti li tikteb kanzunetta dwar is-saħħa mentali prinċipalment minħabba li hija realtà preżenti, kemm meta wieħed jiftakar fis-snin 80 jew fiż-żminijiet tal-lum, hija kwistjoni li kulma jmur tibqa’. “Ħafna udjenzi llum il-ġurnata jiddependu fuq il-mużika fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum. Għalhekk, inħoss li l-mużika hija mezz aħjar minn riżorsi oħra biex toħloq għarfien dwar dan il-messaġġ. Nemmen b’mod ġenerali li n-nies dejjem esprimew l-ideat l-aktar diffiċli permezz tal-arti jew il-letteratura imma l-mużika hija dik li jafu biha l-aktar in-nies.”

    Sharon żiedet tgħid li temmen li wieħed għandu jkompli jisħaq fuq l-importanza li wieħed jitkellem dwar dan is-suġġett. “L-akbar biża' ta’ xi ħadd bil-ħsibijiet ta’ suwiċidju huwa li jibżgħu li jiġu ġġudikati jekk jitkellmu dwar kif qed iħossuhom. Il-pjattaformi tal-midja soċjali qed isiru aktar popolari sena wara sena. Dan wassal biex aktar nies iqabblu lilhom infushom ma' oħrajn, ibbażati fuq id-dehra u l-popolarità, li mbagħad tbaxxi l-istima personali tagħhom. Huwa importanti li ż-żgħażagħ ikunu konxji tal-konsegwenzi tas-suwiċidju.”

    Sharon rat din ir-realtà personalment peress li kellha xi ħbieb li għaddew minn dawn is-sitwazzjonijiet diffiċli. Hija qalet li permezz ta’ din l-esperjenza, għamlet lilha nnifisha disponibbli kemm jista’ jkun għal dawn in-nies biex turihom li jekk għandhom bżonn jitkellmu ma’ xi ħadd dwar xi ħaġa, hija qiegħda hemm għalihom. Sharon taf li fi żminijiet bħal dawn, persuni li jgħaddu minn sitwazzjoni iebsa, jeħtieġu ħafna appoġġ u għalhekk hija tagħmel minn kollox biex turihom dan.

    Mistoqsija x’jispiraha l-aktar, Sharon stqarret li dawk li jispirawha huma n-nies li jirnexxielhom ibiddlu ħajjithom. “Qrajt stejjer ta' nies li missew il-qiegħ, kemm jekk dan kien minħabba l-użu tad-drogi, l-alkoħol, il-bullying, kwistjonijiet tal-familja, il-faqar, eċċ u rnexxielhom jerġgħu jqumu fuq saqajhom u jsiru persuna saħansitra aħjar milli kienu. Dawn it-tip ta' nies jispirawni ħafna għaliex juru li kulħadd jista' jitjieb u jsir persuna aħjar. Kull min jagħżel li jgħin lilu nnifsu huwa eroj għalija,” temmet tgħid Sharon.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0