[FILMAT] Fl-Istati Uniti: Tinqatel f'darha mill-Pulizija wara li marru jiċċekkjaw jekk kienx kollox sew!

  • Ott 13, 2019 18:31
  • Miktub minn iNews
"

    Mara Amerikana ta’ karnaġġjon skura nqatlet mill-pulizija b’tiri mit-tieqa tal-kamra tas-sodda tagħha wara li riedu jiċċekkjaw jekk kien kollox sew. L-inċidet seħħ fis-sigħat bikrin tal-bieraħ.

    Atatiana Jefferson, ta’ 28 sena, kienet tgħix fl-appartament f’Texas flimkien man-neputi tagħha ta’ tmien snin.

    Ġar ċempel lill-pulizija wara li kien imħasseb li seta’ ġara xi ħaġa lill-mara wara li kellha l-bieb tal-appartament miftuħ.

    Intant il-pulizija ppubblikaw filmat miġbud minn ‘body cam’ li juri lil uffiċjal tal-pulizija jispara ftit sekondi biss wara li kien ra lill-mara.

    Id-Dipartiment tal-Pulizija ta’ Fort Worth fi stqarrija qalet li l-uffiċjal tal-pulizija ħassu mhedded meta ħareġ il-pistola u ppontaha lejn il-mara.

    Intant huwa tpoġġa fuq leave amministrattiv sakemm tkun lesta l-investigazzjoni.

    Il-filmat juri arma li allegatament instabet fl-appartament tal-mara, madankollu mhux magħruf jekk il-mara kinitx qed iżżomm l-arma fil-ħin tal-inċident. Fl-istat ta’ Texas persuna li għandha aktar minn 18-il sena jista’ jkollha fil-pussess tagħha arma reġistrata.

    Jidher li fil-ħin tal-inċident il-mara kienet qed tilgħab video games flimkien man-neputi tagħha meta marret ħdejn it-tieqa tal-kamra tas-sodda tagħha biex tara minn fejn kien ġej l-istorbju.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0