Krzysztof Piatek jista’ jitlaq lil Milan

  • Ott 14, 2019 00:23
  • Miktub minn iNews
"

    Il-coach il-ġdid ta’ Milan, Stefano Pioli, sostna li għandu l-għan sabiex jagħti identitá lit-tim tiegħu wara sensiela ta’ riżultati u wirjiet negattivi fl-ewwel partiti tal-kampjonat tas-Serie A. Din l-istess identitá kienet nieqsa taħt il-predeċessur tiegħu Marco Giampaolo li ftit qabad art tas-sitwazzjoni b’diversi tibdil fil-formazzjoni inizjali.

    Rapporti minn Milanello qed jgħidu li l-attakkant Pollakk, Krzysztof Piatek, jista’ jkun il-player li jitlaq lir-Rossoneri f’Jannar li ġej minħabba li ftit ħalla impatt fl-ewwel partiti staġjonali. Pioli mistenni juri fiduċja fl-attakkant żagħżugħ Portugiż Rafael Leao li kull darba li daħal wera l-aqwa tiegħu u biddel ix-xorti tal-logħba.

    Diversi segwaċi tal-football Taljan mhux jaraw lil Leao u Piatek flimkien fil-formazzjoni ta’ 4-3-3 li beħsiebu jilgħab biha Pioli. 

    Milan ikomplu l-impenji tagħhom wara l-waqfa internazzjonali meta jilagħbu f’darhom kontra Lecce.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0