F’Casal Paola - Attività mtella’ mill-Kunsill Lokali Paola u l-Għaqda Soċjali Mużikali Kristu Sultan

  • Ott 14, 2019 10:10
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid flimkien mal-Għaqda Soċjali Mużikali Kristu Sultan Banda Paola reġgħu ngħaqdu biex jippreżentaw edizzjoni oħra tal-attività festiva “F’Casal Paola fi Pjazza Antoine De Paule - Lejla ta’ Storja, Arti u Mużika”  nhar is-Sibt, 19 ta’ Ottubru, mis-7 ta’ filgħaxija ‘l quddiem.

    Din l-attività se terġa’ teħodna lura tul kważi 400 sena ta’ storja li sawret lil dan ir-raħal u li llum tista’ tgħid li sar belt kruċjali fin-nofsinhar ta’ Malta. Huwa għalhekk li matul din is-serata, l-istorja u t-tradizzjonijiet tal-imgħoddi se jkunu qegħdin jitħalltu mal-arti u l-mużika.

    Dan se jsir billi l-ambjent ta’ Pjazza Antoine De Paule se jinbidel b’mod li jgħin lil dawk kollha li sejrin jattendu jidħlu fl-atmosfera u jmorru lura lejn żmien l-imgħoddi permezz ta’ re-enactments u t-teatru tat-triq fost oħrajn. 

    Għalhekk sejrin nassistu għall-wasla tal-Gran Mastru Antoine De Paule u l-qari tal-bandu. Sejrin inkunu nistgħu wkoll nattendu għat-tieġ Malti kif kien isir f’dari. Se jkun hemm ukoll l-element mużikali bi gruppi folkloristiċi b’daqq ta’ mużika u għanjiet tradizzjonali Maltin flimkien ma’ żfin folkloristiku.

    Diversi wirjiet f’partijiet differenti ta’ din il-pjazza se jkunu qegħdin jesebixxu xogħol ta’ arti, u sejrin inkunu nistgħu wkoll nammiraw xogħlijiet diversi ta’ artiġjanat Malti. Ma jonqsux ukoll wirjiet ta’ karettuni antiki li minnhom tant konna naraw fit-toroq Maltin ibiegħu kull tip ta’ prodotti agrikoli u oħrajn, kif ukoll karozzi antiki u klassiċi flimkien ma’ vetturi li kienu jintużaw fit-Tieni Gwerra Dinjija.

    U waqt li dawk preżenti sejrin ikunu jistgħu jżuru x-Xelter ta’ żmien il-gwerra li se jkun imdawwal bid-dawl tax-xemgħa, se jkun hemm ukoll l-opportunità li wieħed jassisti u forsi wkoll jidħaq daħka sew bit-teatru tat-triq u bl-għana tradizzjonali minn għannejja popolari akkumpanjati minn kitarristi magħrufa. 

    Ma jonqsox ukoll is-sehem ta’ diversi kantanti u żeffiena, waqt li dawk li jippreferu mużika b’laqta aktar serja jistgħu jattendu għall-kunċert fuq l-orgni fil-Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Re. Ittieħed ukoll ħsieb biex ikun hemm żona speċjali għat-tfal, waqt li għall-bejgħ se jkun hemm ikel tipiku Malti, xorb u ħafna aktar.

    Se jkun hemm parkeġġ provdut fiż-żona ta’ Ġnien il-Mediterran kif ukoll tal-Grawnd ta’ Pace Grasso.

    Kulħadd mistieden biex jattendi flimkien mal-familja u l-ħbieb tiegħu. Attrazzjoni oħra ġdida li se ssir din is-sena hija li matul is-serata se jkun hemm diversi rigali sbieħ x’jintrebħu minn dawk li jkunu preżenti.

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0