Alexis Sanchez se jdum mill-azzjoni għal bosta xhur

  • Ott 14, 2019 11:31
  • Miktub minn iNews
"

    Jidher li xejn ma jista’ jiġi tajjeb għall-attakkant internazzjonali Ċilen, Alexis Sanchez.

    Dan minħabba li fil-logħba ta’ ħbiberija kontra l-Kolumbja huwa sofra injury meta żloga l-ligamenti tal-għaksa li se tħallih barra mill-azzjoni għal bosta xhur.

    L-attakkant ta’ Manchester United bħalissa jinsab b’self ma’ Inter. Għaldaqstant il-gravitá tal-injury se tiġi analizzata mit-tobba ta’ Inter biex tittieħed deċiżjoni dwar ir-rijabilitazzjoni tiegħu.

    Dan il-player ta’ 26 sena huwa wieħed mill-aktar players imħallsin fid-dinja hekk kif għandu salarju ta’ £500,000 fil-ġimgħa … bir-Red Devils iħallsu £350,000 filwaqt li n-Nerazzurri jħallsu £150,000.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0