Spettaklu mużikali fit-teatru tal-Istitut Kattoliku JUST MUSICALS 7... kunċert live b’differenza

  • Ott 14, 2019 14:17
  • Miktub minn iNews
"

    Is-sensiela ta’ kunċerti mużikali mill-kumpanija Teatru Rjal bit-tema Just Musicals waslet għas-seba’ edizzjoni tagħha.
    Madankollu din id-darba l-organizzaturi qegħdin iwiegħdu li l-kunċert ta’ din is-sena se jkun wieħed “b’differenza”.
    Dan għax minbarra siltiet mużikali magħrufa, meħuda minn uħud mill-aqwa musicals popolari, hemm diversi interventi komiċi minn tlietpersonalitajiet li żgur ma għandhom bżonn l-ebda introduzzjoni ma’ dawk kollha midħla tat-televiżjoni u tat-teatru: Hector Bruno, Ronald Briffa u Marica Mizzi.

    Bħalma ġara dejjem f’din is-sensiela, biex jinterpretaw is-siltiet mużikali se jkun hemm kantanti ta’ stoffa li żgur se jagħtu interpretazzjoniet brillanti. Fost dawn: Neville Refalo, J Anvil, Debbie Scerri, Petra, Michela Galea, Jasmin Abela, Craig Roy Vella u Leah Mifsud flimkien mal-Kinetic Dance Studio.

    Nisimgħu siltiet minn The Greatest Showman, Lion King, Les Miserables Phantom of the Opera, A Star is Born u ALADIN. Dan kollu joffri spettaklu ‘live’ ta’ satira, mużika, żfin u dawl. L-arranġamenti mużikali huma ta’ Conrad Briffa, li hu wkoll id-direttur mużikali. Direzzjoni ta’ Ray Abdilla bi Produzzjoni ta’ Pawlu Testa.

    Dan l-ispettaklu se jsir fit-teatru tal-Istitut Kattoliku, il-Furjana, is-Sibt 19 ta’ Ottubru fis-7.30pm u l-Ħadd 20 ta’ Ottubru fis-6.30pm.
    Booking online fuq www.ktrmalta.com jew il-hotline 99994987 kif ukoll mingħand Pawlu Testa Travel (99476468) u mill-Booking Office tal-Istitut Kattoliku bejn l-4.00 u 7.00pm mit-Tnejn sal Gimgha u Sibt u Hadd 9.30am sa nofs in-nha  

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0