Qafel lil oħtu fi stalla wara argument fuq fenka

  • Ott 14, 2019 15:47
  • Miktub minn iNews
"

    Raġel ta' 41 sena minn Tas-Sliema nstab ħati li qafel lil oħtu fi stalla ġor-razzett ta' missierhom wara argument bejniethom.

    Reuben Brincat kien mixli mill-Ispettur Trevor Micallef li fis-16 ta' Jannar 2018 issekwestra lil oħtu Michelle fir-razzett li jinsab fl-inħawi magħrufa bħala “Tal-Balal” fil-limiti ta' San Ġwann.

    Mill-provi li tressqu quddiem il-Maġistrat Joseph Mifsud irriżulta li l-mara saret taf li l-fenka li kienet qed tieħu ħsieb kien ħadha n-neputi.

    Hija bdiet tgerger kontra ħuha u meta semagħha nqala argument bejniethom fejn f'ħin minnhom huwa imbuttaha u waqgħet mal-art waqt li hija qabdet ġebla u flixkun imma ma wżathomx kontrih.

    F'ħin minnhom ir-raġel qafel lil oħtu fi stalla u spiċċat ċemplet lill-ġuvni tagħha u lill-Pulizija sakemm tħalliet toħroġ fejn kellha bżonn l-għajnuna medika peress li kellha d-demm ma' idha.

    Wara li sema lill-akkużat u lil oħtu kif ukoll lill-ġenituri u pulizija involuti l-Maġistrat Mifsud irrimarka li jiddispjaċih li qed ikollna sitwazzjonijiet fejn persuni fl-anonimat jispiċċaw bl-iskuża tad-dritt tal-espressjoni tal-kelma jħaġġru lil min jidrilhom.

    Huwa rrimarka li għalkemm il-familja hija l-post fejn persuna għandha tħossha sikura jeżistu ambjenti fejn m'hemmx sliem u fejn l-aħwa ma jgħixu f'armonija mal-ġenituri.

    Il-Maġistrat Mifsud sostna li għalkemm hawn min jaħseb li l-vjolenza fil-familja hija waħda privata li trid tinżamm wara bibien magħluqa fil-verita din twassal għal problemi fis-soċjeta.

    “Kemm jiddispjaċiha din il-Qorti meta jkollha każijiet ta' pika u konfront bejn l-aħwa, bejn il-miżżewġin, bejn il-maħbubin, bejn il-ġenituri u t-tfal”, huwa żied jgħid waqt li ikkritika lil dawk li jikkummentaw fuq deċiżjonijiet tal-Qorti minn dak li jaraw irrappurtat fil-mezzi tax-xandir.

    Waqt li sab lil Brincat ħati biss li issekwestra lil oħtu imma mhux li kkaġunalha ferita jew li beżżagħha, il-Maġistrat Mifsud illiberah bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien sena u rabtu wkoll biex ma jdejjaqx lil oħtu fejn jekk jonqos li jagħmel dan jista' jiġi immultat €2,000.

    Fl-aħħar tas-sentenza l-Maġistrat Brincat stieden liż-żewġt aħwa biex jinġabru madwar mejda u jippruvaw isolvu l-kwistjonijiet ta' bejniethom jekk xejn b'rispett lejn il-ġenituri tagħhom.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0