BAĠIT 2020: Se jitħabbru żviluppi konkreti dwar it-trakka tal-karozzi fi żmien qarib

  • Ott 14, 2019 18:50
  • Miktub minn iNews
"

    Sezzjoni 1: ĠID LI JASAL GĦAND KULĦADD

    Minn dan il-baġit il-ħaddiema Maltin se jieħdu żieda għall-għoli tal-ħajja ta’ xejn inqas minn €3.49 fil-ġimgħa.  Biss ma’ dan se jingħata bonus ieħor lil persuni singli ta’ €15 u l-familji se jingħataw bonus ta’ €35.  Dan il-bonus se jkun qed jingħata żidiet fil-prezz tal-ħalib u prodotti oħra.

    Se tingħata it-tielet ġurnata leave li l-ħaddiema kienu tilfu taħt Gvern Nazzjonalista

    Wara li l-gvern Nazzjonalista kien ħa lill-ħaddiema ġranet leave li jaħbtu fil-festi pubbliċi, u li dawn beda jroddhom lura l-Gvern Laburista, issa l-Gvern Laburista se jkun qed jagħtu lura it-tielet ġurnata leave li kienu tilfu.

    Titnaqqas it-taxxa fuq l-overtime għall-ewwel mitt siegħa

    Jirriżulta li l-Gvern se jkun qed inaqqas it-taxxa fuq is-sahra għal 15 fil-mija.  Din hi ‘capped’ għal ewwel mitt siegħa, jiġiferi jiggwadanja minn dawn il-miżuri l-ewwel mitt siegħa sahra. Din tgħodd gġal min għandu salarju bażiku sa €20,000.  Meta wieħed iqis li l-medja tal-pagi f’Malta hi ta’ €19,000, din il-miżura se tolqot b’mod pożittiv ħafgna ħaddiema tal-fabbrika.  Irid jingħad li l-medja tas-sahra li ssir f’sena f’Malta hi ta’ 128 siegħa.  B’din il-miżura hu previst li se jkun hemm min jiffranka madwar €300 taxxa fis-sena.

    ‘Equal work for equal pay fil-privat”

    lI-kampanja li kienet bdiet il-GWU  b’għadd ta’ rapporti u stejjer f’L-ORIZZONT u IT-TORĊA, wasslet biex mill-baġit ħareġ li se ssir dikjarazzjoni li permezz tagħhom il-prinċipju tal-‘Equala pay for equal work’, prinċipju li hu stabbilit għal ħaddiema tal-gvern, jiddaħħal ukoll fis-settur privat.  Dan biex jiġi evitat li jkollhom ħaddiema li jagħmlu l-istess xogħol imma jitħallsu pagi differenti.

    Refund ta’ taxxa lil 200,000 ħaddiem

    Mid-dokument tal-baġit irriżulta li l-gvern se jkun qed jagħtri refund lil xejn inqas minn 200,000 ħaddiem.  Dan b’rabta ma’ rifużjoni tat-taxxa.   Dawn il-ħaddiema se jirċievu bejn €40 u €68.

    Żieda qawwija ta’ €7 fil-ġimgħa għal pensjonanti

    Il-pensjonant li fl-aħħar baġit rajnihom jieħdu żidiet għal sena wara l-oħra, f’dan il-baġit se jkunu qed jingħataw żieda qawwija. Din se tkun ta’ €7 fil-ġimgħa.  Din hi żieda b’saħħitha u hi l-ħames sena li fija l-pensjonanti se jkunu qed jieħdu żieda.  Ta’ min wieħed ifakkar li taħt Gvernijiet Nazzjonalista il-pensjonanti qatt ma kienu ħadu żieda fil-pensjoni.

    Dawk li jispiċċaw b’25 sena servizz minn korp dixxiplinat… Il-pensjoni se terġa’ tiġi kalkulata meta jilħqu l-età tal-pensioni

    Minn dan il-baġit ħareġ ukoll li dawk li jirtiraw bil-25 sena servizz minn korp dixixplinat, dawn kien jkunu f’sitwazzjoni fein  jirtiraw b’pensjoni u jibqgħu biha. Fil-baġit tħabbar li l-pensjoni  issa se terġa’ tiġi kalkulata meta jilħqu l-età tal-pensjoni.

    Tiżdied iċ-children’s allowance għat-tfal tar-romol

    Se tiżdied iċ-children allowance għat-tfal tar-romol.  Sa llum, romol li ma jaħdmux jieħdu madwar €9 fil-ġimgħa u jekk jaħdmu jieħdu madwar €5 fil-gimgħa. Issa b’miżura li ddaħħlet se jibdew jieħdu €10  fil-ġimgħa it-tnejn li huma.

    Tiżdied l-għajnuna supplementari

    Jirriżulta f’dan il-baġit li se tiżdied l-għajnuna supplimentari. Għal min għandu aktar min 65 sena se tiżdied b’€50 fis-sena u se tiġi €150 fis-sena.

    Se jerġgħu jingħataw €300 lil dawk ta’ ‘l fuq minn 75 sena… ta’ 80 se jieħdu €350

    Minn dan il-baġit, jirriżulta ukoll li l-gvern se jkun qed jjikkonferma li se jagħti €300 fis-sena lil dawk li għandhom minn 75 sena ‘l fuq.  Dawk li għandhom 80 sena u aktar, din l-għotja se tkun qed titla’ għal €350.  Min joqgħod f’dar tal-anzjani u qed iħallas il-pagament tad-dar hu, se jingħata ukoll din l-għotja.

    Anzjani ta’ 75 sena se jivvjaġġaw fuq it-trasport pubbliku bla ħlas

    Wara li kienu ġew introdotti miżuri bil-baġit ta’ qabel biex studenti jivvjaġġaw bla ħlas bit-trasport publika issa l-Gvern żied aktar dan.  Filfatt anzjani ta’ 75 sena se jibdew jivvjaġġaw fuq it-trasport pubbliku bla ħlas.

    Bonus ta’ €300  għal kull tarbija li titwieled

    F’dan il-baġit il-Gvern introduċa bonus għal kull tarbija li titwieled jew tiġi adottata. Dan il-bonus se jkun ta’ €300.

    Persuni b’diżabilità li ma jistgħux jaħdmu se jingħataw paga minima

    Waħda mill-proposti l-aktar b’saħħithom hi dik li mis-sena d-dieħla l-Gvern se jwettaq  dak li wiegħed tlett snin ilu. Issaa persuni b’diżabità li ma jistghux jaħdmu se jingħataw il-paga minima.

    L-ġħajnuna għal xiri ta’ apparat għal persuni b’diżabilità se tiżdied b’€400 oħra u se titla’ għal €1,000.

    Ġenituri li għandhom tfal b’mard rari se jingħataw  tmien snin ta’ National Insurance

    Minn dan il-baġit joħroġ li ġenituri ta’ tfall li għandhom mard rari se jingħataw tmien snin ekwivalenti għal National insurance.

    Il-Fibromalagia se tibda tiġi kkunsidrata għal benefiċċju tal-mard

    Wara snin ta’ pressjoni minn diversi gruppi dwar il-marda tal-Fibromalagia u l-fatt li din ma kinitx inkluża mal-lista ta’ benefiċċji tal-mard, issa l-Gvern ħabbar li din se tkun inkluża. Dwarha se jkun hemm test li jistabbilixxi li dak li jkun verament ibati minn din il-marda.

    Pazjenti li jieħdu l-kimo u b’mard rari

    Pażjenti li qed jingħataw trattamento bil-kimoterapija u oħrajn b’mard rari, issa se jibdew ikunu. Koperti anke fl-ewwel tlett ijiem tal-leave tal-mard magħhom.

    Sezzjoni 2: IL-HOUSING

    Jiżdied il-benefiċċju għal min qed jikri

    Il-Gvern se jkun qed iżid il-benefiċċju għal min qiegħed fil-kera. Dan jikkwalifika għalih min iħallas aktar minn 25 fil-mija tad-dħul tiegħu f’kera.

    Indirizzat abbuż… ix-xiri tal-arja

    F’dan il-baġit, il-Gvern se jkun jindirizza abbuż li kien qed ikun hemm fix-xiri ta’ l-arja.  Filfatt se jkun qed jintroduċi withholding tax ta’ 15 fil-mija. Sa issa is-sitwazzjoni kienet li min illum jixtri l-arja ħadd ma kien jiddikjarha minkejja li hi taxxabbli. Din issa  se tkun intaxxatha bi 15 fil-mija.

    Self mill-gvern sa €17,500 għal dawk li ma jifilħux iħallsu l-10 fil-mija depożitu

    Jirriżulta li fejn tidħol il-proprjeteà u l-affordabilità, il-Gverrn se jkun qed jgħin lil dawk li għandhom inqas minn 40 sena. Filfatt għal dawk li ma jistgħux iħallqu ma’ 10 fil-mija depożitu fuq id-dar, il-gvern se jkun qed itihom self li jitħallas fuq 15 il-sena.  Dan għal massimu ta’ €17,500. Dan hu bla imgħax.

    €160 miljun għal tlett proġetti ta’ housing soċjali b’2,400 unit

    Se jkompli l-investiment ta’ €160 miljun fuq tlett proġetti ta’ housing soċjali. Dawn se joħolqu 2,400 unit residenzjali.

    Sezzjoni 3: LEJN ŻVILUPP SOSTENIBBLI

    Il-Gvern se jkun qed jippreżenta strateġija nazzjonali intiża li telimina l-emissjonijiet tal-karbonju sal-2050.

    Immaniġjar tal-iskart 

    Il-proġett li se jkun qed jaqleb l-iskart għall-enerġija qed jipprogressa u dan se jkun qed iwassal biex jingħalaq l-impjant ta’ Sant’Antnin. B’mod partikolari dan wara l-programm ta’ separazzjoni tal-iskart bħala parti mill-istrateġija għall-azzjoni favur il-klima.

    Vetturi li ma jniġġsux

    Is-sena li ġejja mistennija li titħabbar id-data meta se jkun adottat il-pjan ta’ bidla għal vetturi li ma jkollhomx emissjonijiet jew ikollhom impatt żgħir ambjentali f’dawk li huma emissjonijiet.

    Se jkunu installati aktar charging points għal vetturi elettriċi. Dan filwaqt li se jkun qed jingħata bidu għal proġett biex jiġu installati charging pillars u sorsi alternattivi fi fuel stations bħala parti mill-istrateġija favur il-klima.

    Tariffi tad-dawl orħos biex tiċċarġja l-vetturi elettriċi

    Se tkun introdotta skema ta’ ħlas ta’ €0.1298 għal kull unit ta’ elettriku f’binja residenzjali għal dawk li jkollhom vetturi elettriċi jew b’emissjonijiet baxxi.

    Il-Malta enterprise se tkun qed tinċentiva lil kuntratturi biex jinvestu f’makkinaru li jħares l-ambjent u li jwassal għal tnaqqis fl-emissjonijiet. Għal dan il-għan se jkun qed jingħataw grant ta’ massimu ta’ €200,000.

    Se jinbdew il-preparamenti biex tiġi msaqqfa l-mina ta’ Santa Venera u biex tkun konvertita f’open area ambjentali.

    Inizjattivi għal ekonomija ċirkolari

    Sal-aħħar ta’ din is-sena se tibda topera l-iskema biex jiġu ritornati fliexken u kontenituri, liema skema se tkun fi stat operattiv sas-sena li ġejja. Dan bħala parti mill-istrateġija dwar il-plastik ‘single use’ u l-ekonomija ċirkolari.

    Plastiks meqjusin bħala ‘single use’ se jiġu pprojbiti minn Malta. Fl-ewwel fażi ta’ din l-implimentazzoni l-importazzjoni u l-produzzjoni ta’ basktijiet tal-plastik, cutlery, straws u platti se jiġi pprojbit mill-1 ta’ jannar tal-2021. It-tqassim tagħhom se jiġi pprojbit sena wara, fl-1 ta’ Jannar tal-2022.

    Ħwienet se jkunu qed jingħataw grant biex ikopru 50% tal-ispejjeż, sa massimu ta’ €3,000, biex jistabbilixxu ‘Green Corners’ fejn jinbiegħu prodotti abbażi tal-piż u l-klijenti jkunu jistgħu jagħmlu użu mill-kontenituri tagħhom.

    Se jiġu introdotti funtani tal-ilma għal skop ta’ xorb fi skejjel.

    Park Nazzjonali f’Ta’ Qali

    Se jkun qed jingħata bidu għall-ewwel fażi tal-proġett tal-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali. Id-daqs tiegħu se jkun qed jirdoppja u se jkun qed jinkludi l-Arkivji Nazzjonali ġodda fih.

    Se jkunu qed jiġu inklużi programmi li se jinċentivaw l-użu ta’ enerġija aktar nadifa u aktar effiċjenti. Fost oħrajn dawn se jkunu qed jinkludu grants għal installar ta’ pannelli, waterpumps u insulazzjoni għal residenzi.

    Inċentivi għall-kuntratturi biex jibdlu makkinarju

    Il-Malta enterprise se tkun qed tinċentiva lil kuntratturi biex jinvestu f’makkinaru li jħares l-ambjent u li jwassal għal tnaqqis fl-emissjonijiet. Għal dan il-għan se jkun qed jingħataw grant ta’ massimu ta’ €200,000.

    Grant għal batterija għall-ħażna ta’ enerġija rinnovabbli

    Se tkun qed tingħata grant ta’ 25% tal-ispiża totali (sa massimu ta’ €1,000) għal batterija biex tinħażen l-elettriku għal dawk li skadilhom l-kuntratt tat-tariffa ‘whole feed’.

    Se jkun introdott programm għar-riġenerazzjoni ta’ enerġija f’diversi pjazez pubbliċi.

    L-Immaniġjar tal-ilma

    Se jsir investiment ta’ €130 miljun fl-infrastruttura tal-ilma u investiment ieħor ta’ €30 miljun biex tiġi estiża n-netwerk ġdida għal ilma riċiklat.

    Sezzjoni 4: INKOMPLU NSAĦĦU L-INFRASTRUTTURA 

    Se jkompli jitwettaq il-programm ta’ €100 miljun fis-sena fuq medda ta' seba' snin biex tiġi mtejba n-netwerk sħiħa ta’ toroq bil-għan li tkompli tnaqqas il-konġestjoni u l-emissjonijiet.

    Il-vetturi kollha elettriċi jew b’impatt minimu ambjentali se jkunu eżentati mit-taxxa ta’ reġistrazzjoni.

    Trasport

    Se jinħarġu sejħiet għal konċessjonijiet għal v tal-Kottonera, Marsaxlokk, Wied il-Għajn, San Pawl il-Baħar,San Ġiljan, il-Mellieħa, Tas-Sliema, u l-Belt Valletta.

    Żgħażagħ u studenti se jkomplu jibbenefikaw minn trasport pubbliku b’xejn.

    Anzjani li jkollhom minn 75 sena ’l fuq se jibbenefikaw minn trasport pubbliku b’xejn.

    Għotja fuq xiri ta’ roti

    Se tingħata rifużjoni tat-taxxa tal-VAT sa massimu ta’ €400 fuq roti, pedelacs u racks tar-roti.

    Skemi oħra

    Grants sa massimu ta’ €1,500 biex jiġu skrepjati vetturi antiku. Se tingħata wkoll €200 għal dawk il-vetturi li jużaw fjuwil konvenzjonali biex jiġu konvertiti għal fjuwil alternattiv.

    Se jkompli jingħata b’xejn it-trasport għall-iskola. Dan ifisser li kull familja tiffranka medja ta’ €700 għal kull tifel jew tifla.

    Sezzjoni 6: Saħħa

    Servizzi tas-Saħħa ġodda…Out Patients ġdid u kura ġdida tal-kanċer

    Il-baġit ma jonqosx li jitratta l-qasam tas-saħħa, fejn issemmew diversi inizjattivi fosthom servizzi ġodda, out patients ġdid u kura ġdida għall-kanċer.

    Mid-dokument tal-Baġit joħroġ li fost l-investimenti ppjanati għall-lsptar Mater Dei nsibu l-binja l-ġdida tal-Out Patients Ii, fost l-oħrajn, se tkun qed toffri wkoll servizzi ta' kwalità ogħla u esperjenza iktar pożittiva u ta' valur għall-pazjent.Se sir investiment f'apparat ġdid ta' robotic surgery, li hu essenzjali f'interventi bħal fil-qasam tal-Onkologija. 

    Wara li l-Isptar Mater Dei ġie rikonoxxut bħala ċentru awtorizzat Ii jifforma parti mill-European Reference Networks, pazjenti Maltin se jkunu jistgħu jibdew jibbenefikaw mill-kura offruta f'dawn iċ­-ċentri ta' referenza mifruxin mal-pajjiżi Ewropej.

    Il-Gvern biħisiebu wkoll jintensifika l-investiment tiegħiu fil-Kura Primarja għax jemmen bis-sħiħ  li  dan  is-settur għandu  l-potenzjal Ii joffri numru ta' servizzi speċjalizzati, b'ritmu iktar effiċjenti, aktar qrib iċ-ċittadin u mill-komunità fejn persuna tgħix. Diġa bdejna nsarrfu dan l-impenn b'investiment f’ċentru reġjonali fin­-Nofsinhar ta' Malta u issa sejrin niffukaw sabiex noħolqu ċentru ieħor fit-Tramuntana ta' Malta.

    Saħħa mentali

    Il-kura tas-saħħa mentali u se jissaħħaħ ir-ritmu ta' tiġdid meħtieġ għall-lsptar Monte Karmeli. Se tibqa’ għaddejja l-ħidma dwar il-pjanijiet tal-bini ta' sptar ġdid għall-kura akuta psikjatrika, waqt li se ssir enfasi fuq kura għas-saħħa mentali fil-komunità.

    Mediċini ġodda

    L-investiment  li  se jsir jinkludi x-xiri ta' mediċini tal-qalb u ċ-cirkulazzjoni, kanċer, mard tal-ġilda u mard rari. Se jkun estiż il-programm għall-eradikazzjoni tal-Epatite C.L-investiment fil-kura tal-kanċer mhux se jkun limitat biss għax­ xiri tal-mediċini relatati iżda se jinkludi l-introduzzjoni ta' servizzi li jindirizzaw il-bżonnijiet tan-numru ta' persuni Ii jirnexxielhom jegħlbu l-marda tal-kanċer b'suċċess. Kumplimentari ma' dawn hemm l-introduzzjoni ta' Clinical Risk Management Unit li se tkun qed tassigura titjib fil-kwalita tas-servizzi mogħtija.

    Edukazzjoni… investimenti ta’ €7 miljun fl-Università u MCAST

    Fir-rigward tal-edukazzjoni, id-diskors tal-baġit fost diversi inizjattivi jgħid li “matul is-sena d-dieħla l-Gvern se jkompli jinvesti 'I fuq minn seba' miljun ewro fl-infrastruttura fl-Università ta' Malta u tal-MCAST, sabiex l-istudenti tagħna jkollhom faċilitajiet aktar xierqa għaż-żminijiet  tal-lum, fosthom  laboratorji  modern i.Din  is-sena  se tingħata  allokazzjoni  lill-Università  biex  nincentivaw aktar akkademici biex jaħdmu fuq riċerka  innovattiva.

    Trasport bla ħlas

    Se jkompli jingħata b’xejn it-trasport għall-iskola. Dan ifisser li kull familja tiffranka medja ta’ €700 għal kull tifel jew tifla.

    Se jitnieda programm ta’ Online Maltese Spell Checker

    It-Teatru Rjal se jisaqqaf?

    Se tkun qed issir konsultazzjoni pubblika dwar jekk it-Teatru Rjal għandux jissaqqaf.

    Sezzjoni 7: Kompetittività u Attività Ekonomika 

    Bonds Ambjentali

    Il-Malta Stock Exchange se tkun qed tippromwovi bonds ambjentali.

    Biedja 

    Se jkompli r-ristrutturar fid-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura. Se jitkompla x-xogħol ta’ ristrutturar fil-Biċċerija Pubblika billi fost oħrajn jiġu introdotti teknoloġiji moderni li jużaw inqas enerġija u prattiċi li jikkonformaw b’mod sħiħ mal-istandards Ewropej.

    Se jkun qed jitlesta pjan ta’ riġenerazzjoni u mmodernizzar tal-Pitkali.

    Ir-razzett tal-Gvern fl-Għammieri se jinbidel f’Ċentru ta’ Innovazzjoni u Riċerka Agrikola.

    Se tittella’ l-ewwel Fiera Agrikola Nazzjonali li matulha se tingħata opportunità biex il-bdiewa, raħħala u produtturi Maltin jesebixxu l-prodott tagħhom.

    Turiżmu, Air Malta u Avjazzjoni

    Il-Ministru Scicluna tkellem dwar l-istrateġija ġdida għat-Turiżmu fejn fost l-objettivi din l-istrateġija se jkollha li tattira aktar viżitaturi ta’ kwalità li jonfqu iżjed flus, li t-turiżmu jkompli jikber b’mod sostenibbli u mmaniġġjat tajjeb, titnaqqas l-istaġjonalità ta’ pajjiżna mill-aspett turistiku u titjieb il-konnettività ta’ pajjiżna f’kull żmien tas-sena.

    Air Malta

    Konxju mill-importanza tal-Air Malta għall-ekonomija ta’ pajjiżna, Scicluna qal li bħala Gvern se jkompli bil-ħidma biex l-Air Malta tkompli tikber u tissaħħaħ. Huwa spjega li se jkun hemm proċess ta’ tiġdid mifrux fuq medda ta’ ħames snin. Se jitkompla l-proċess ta’ tibdil tal-flotta ta’ ajruplani f’oħrajn li huma moderni, aktar effiċjenti u li jniġġsu anqas. Scicluna qal li l-objettiv li l-Air Malta żżid l-operat tagħha fl-ajruporti maġġuri madwar l-Ewropea u l-Afrika ta’ Fuq, filwaqt li fiż-żmien tibda topera wkoll ċertu rotot medium u long haul.

    Avjazzjoni

    Il-Ministru Scicluna qal li huwa kommess li jkompli jkabbar dan is-settur fosthom bl-iżvilupp ta’ setturi ġodda bħal dak tad-drones. Huwa żied jgħid li l-Malta Air Traffic Services se tkompli tinvesti f’sistemi ġodda tal-aħħar teknoloġija għall-immaniġġjar tat-traffiku flimkien mat-tkabbir tar-runway u t-taxiways, filwaqt li se jkompli x-xogħol preparatorju għal bini ta’ Air Traffic Control Centre ġdid

    Għawdex

    Filwaqt li l-Ministru Scicluna sjega li Għawdex sar kontributur ekonomiku, huwa qal li dan huwa mistenni li jkompli jiżdied matul is-sena d-dieħla permezz tal-miżuri tal-baġit. Matul is-sena d-dieħla, barra li jkomplu jinħolqu impjiegi, se nkunu qed naraw titjieb fil-kundizzjonijiet tax-xogħol u li jonqos il-pay gap bejn Malta u Għawdex.

    Scicluna qal li għas-sena d-dieħla se jkun hemm fond ġdid biex Għawdex tkun destinazzjoni għall-konferenzi għal Meetings, Incentives, Conferences and Events. Huwa qal li se jkun hemm ħidma biex titjieb l-iStartup tax credit għal negozji ġodda miftuħa f’Għawdex u inċentivi fiskali fost l-oħrajn fuq spejjeż ta’ traslokar, lil dawk il-kumpaniji li jirrilokaw lejn Għawdex kif ukoll għal dawk il-kumpaniji li joħolqu impjiegi ġodda fil-qasam ta’ teleworking u back office minn Għawdex.

    Scicluna qal ukoll li wara s-suċċess tal-pakkett li daħal is-sena l-oħra għall-ħaddiema u studenti Għawdxin li jaħdmu u jistudjaw f’Malta, is-sena d-dieħla se jiġi estiż. Se jkompli jiġi nsaħħaħ bil-proġett tal-hostel f’Villa LAuri.

    Infrastruttura f’Għawdex

    Il-Ministru Scicluna spjega li se jkun hemm investiment fl-infrastruttura tat-toroq, xogħol ta’ tisbiħ u jitlestew proġetti bħaċ-Ċentru l-ġdid tas-Saħħa. Huwa qal li fi ftit ġimgħat oħra jiġu inawgurati kemm ir-Research and Innovation Hub u l-Barts Medical School. Se jkun hemm ix-xogħol fuq il-proġett ta’ Park and Ride, bini ta’ breakwater f’Marsalforn, jitkompla l-proġett tal-ewwel reverse osmosis u jibda r-restawr ta’ Għar Gerduf u tal-Akwedotti. Barra minn hekk se jkun hemm investiment f’diversi greening measures, smart parking u l-bdil tal-vetturi tal-Gvern għal dawk elettriċi. Scicluna qal ukoll li se jkun hemm ħdima għal aktar attivitajiet varji u kulturali f’Għawdex.

    Gozo Channel

    Il-Ministru Scicluna qal li Gozo Channel tinsab f’pożizzjoni ferm aħjar biex tagħmel l-investiment meħtieġ biex ikollha r-raba’ vapur. Huwa spjega li bħalissa qed isiru l-preparamenti biex jitfasslu r-rekwiżiti li r-raba’ vapur għandu jkollu. Wara dan il-proċess, jibda l-proċess tat-tendering. Scicluna qal li l-Gozo Channel qed tinvesti f’sistema elettronika tal-biljetti u li l-konnettività se tkompli titijieb bl-installazzjoni tat-tieni optic fibre

    Il-mina bejn Malta u Għawdex

    Il-Ministru Scicluna qal li l-Gvern huwa determinat li jwettaq il-ħolma biex ikun hemm konnessjoni permanenti bejn Malta u Għawdex. Fix-xhur li ġejjin se jiġu konklużi l-istudji, disinji preliminari tal-mina u l-impatt ambjentali, ekonomiku u soċjali tal-proġett tal-mina bejn il-gżejjer

    Huwa fisser ukoll li se jiġi ppubblikat il-pre qualification questionnaire li se jkollu tagħrif tekniku biex investitur/kuntratturi prospettivi jaraw li għandhom il-ħiliet u kapaċità għal dan il-proġett.

    Sezzjoni 8: SIGURT?A

    Titkompla r-Riforma fil-Qasam tal-Ġustizzja

    Matul is-sena d-dieħla se tkompli tiġi implimentata s-separazzjoni tal-funzjonijiet duppliċi li kellu l-Avukat Ġenerali. L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali jassumi iktar funzjonijiet prosekutorjali skont I-aħjar prattiċi Ewropej.

    Se tkompli tiġi adottatat aktar teknoloġija diġitali fis-sistema tal-ġustizzja f'Malta. 

    Se jkun konkluż t-trasferiment tal-Uffiċċju tar-Rekords Kriminali u l-Kondotta mingħand il-Pulizija għad-Direttorat tal-Ġustizzja.

    Kontroll tal-Użu ta' Flus Kontanti

    Mis-senad-dieħla,fejnjidħolxirita'propjetà,karozzi, dgħiajjes u jottijiet, djamanti, ħaġar prezzjuż u oġġetti ta' arti, mhuxsejkunuaktarpossibbliIijsirħlasfifluskontantiIijaqbez l-€10,000.

    Aktar investiment fid-Dwana

    ls-sena d-dieħla, se jitkompla mhux biss it-taħriġ professjonali u l-ingaġġ tar-riżors uman, iżda se jkun hemm investiment f'xiri ta' x-ray tunnel van u żewġ magni għal scanning tal-bagalji. Se jkun qed jitkompla l-proċess tal-operazzjonijiet ta' scanning li jitwettqu fil-Freeport ikunu replikati fil-Port il-Kbir.

    Il-Forzi Armati ta'Malta

    Se jitkompla I-proċess ta' immodernizzar tal-Forzi Armati ta' Malta (FAM) fejn hemm it-tkomplija tal­ proġett tax-xiri ta' offshore patrol vessel ġdida, mibnija skont speċifikazzjonijiettal-Armata stess;investiment f'xirita'tagħmir sofistikat għall-lspecial Operations Unitu numru ta' proġetti infrastrutturali Ii jinkludukemm  it-tkomplija  ta'  xogħlijiet strutturali fuq binjiet użati ta' kuljum kif ukoll manutenzjoni ta' binjiet u propjetajietoħra.

    Il-Korptal-Pulizija

    Se jitkompla l-investiment f'apparat ġdid u modern u vetturi ġodda kemm għall-RIU u anke għall-SIU; jitkompla l-immodernizzar tal-flotta ta' muturi għat-Taqsima tat-Traffiku; jibda l-bini tal-għassa ġdida f'Marsaskala filwaqt li se jibda x-xogħol fuq l-ewwel hub regjonali f'sit li se jkun qed jaqdi wkoll il-ħtiġijiet tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u mistenni jitlesta x-xogħol ta' kostruzzjoni tal-Command and Control Room.

    Se jinbnew uffiċini ġodda għat-Taqsima tal-Prosekuzzjoni fi ħdan il-Korp. 

    Tisħiħ tal-Protezzjoni Ċivili

    Il-Pjan għat-tisħiħ tal-Protezzjoni Ċivili jħares lejn il-bżonnijiet tar-riżorsi umani, bini ta' stazzjonijiet ġodda Ii jkun antisiżmiċi kif ukoll ix-xiri ta' vetturi moderni mgħammrin bl­-aħjar teknoloġija, flotta ġdida marittima biex tilqa' għal nirien fuq bċejjeċ tal-baħar, bowzers kbar tal­-ilma, sistema ġdida tal-eDisaster Management System(eDMS) fil-Control Room biex tiffaċilita r-Response Time u Training Grounds.

    Aktar titjib fil-Faċilitajiet Korrettivi

    Se jitkompla dan il-programm ta' refurbishment mal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin kif ukoll fit-Taqsima Forensika fl-lsptar Monte Karmeli, liema xogħol isir mill-priġuniera nfushom u ta' dan jitħallsu.

    Se jinxtraw aktar vetturibiex  jiffaċilita  t-trasport  tal-prigunieri lejn  sptar, Qorti jew f'postijiet oħra fejn ikun meħtieġ.

    ls-senad-dieħla se tkun estiża I-electronic tagging biex tinkludi għal aktar priġunieri.

    Se jitkompla t-taħriġ fil-unit tal-K9 biex titkompla l-ġlieda kontra d-droga fil-Faċilità. Se jitkompla wkoll it-tisħiħ taI-prison industry fejn permezz tal-iskema Bridging the Gap tal-Jobsplus, numru akbar ta' priġuniera jsibu impjieg.

    Se tissaħħaħ is-Psychology Unit u jiġu introdotti aktar programmi bil-għan li jonqos ir-riċediviżmu. Se tingħata importanza biex isir taħriġ speċjalizzat lill-ħaddiema ta' dan id­-Dipartiment li għandu jwassal għal programm ġdid iffukat għal YoungOffenders.

    lmmigrazzjoni illegali

    Se tiġi studjata l-introduzzjoni ta'Information Service Unit Ii jkun magħmul minn tim  ta' professjonisti Ii jkunu jistgħu jagħtu informazzjoni u għajnuna lill-persuni li jkunu qed ifittxu l-Ażil biex b'hekk ikunu jistgħu jintegraw aħjar fis-soċjetà Maltija . 

    Se titwaqqaf l-Akkademja tal-lntegrazzjoni li se toffri servizzi lil dawk li jkunu obbligati li jsegwu programm ta' integrazzjoni.

    KunsilliLokali

    Se tkun imnedija skema, li permezz tagħha, numru ta' persuni jiġu assenjati mal-Kunsilli Reġjonali biex jassistu lill-istessKunsillReġjonalibiexjaqdul-funzjonijiet ġodda tagħhom. 

    Se jkomplu jiżdiedu wkoll l-ismartbins.

    Ugwaljanza u Drittijiet tal-Bniedem

    Se titwaqqafil-Kummissjoni Nazzjonaligħad-Drittijiettal-Bniedemul-Ugwaljanza. Din se tkun Kummissjoni indipendenti mill-Gvern li twieġeb lill-Parlament.

    Se tkun implimentata l-ewwel strateġija ta’ pjan t'azzjoni nazzjonaligħall-integrazzjoni  tal-ugwaljanza  bejn  il-ġeneri f'diversi setturi,fosthom fl-edukazzjoni,fis-saħħa u l-ġustizzja, xogħol u l-indipendenza finanzjarja, il-bilanċ bejn ix-xogħol, il­-ħajja privata u tal-familjau biex tassigura wkoll li jkun hemm aċċess u opportunitajiet indaqs għal pozizzjonijiet ta' awtorità għan-nisa ul-irġiel.

    Aktar investiment fl-lsport

    Se jitkompla x-xogħol fuq il-pixxina indoor fil-Kottonera u tal-pixxina l-ġdida f'Marsaskala, kif ukoll ikomplu t-tħejjijiet biex eventwalment issir it-tieni fażi tal-kumpless Sportiv tal-lsparar f'Ta' Kandja.

    Fejn tidħol it-trakka tal-karozzi fi żmien qarib mistennijin li jitħabbru żviluppi konkreti.

    Se tkun qed tiġi mbottata l-proposta Ii Malta torganizza kompetizzjonijiet  sportivi  bis-sehem  tal-Malta Special Olympics.

    Se jinbeda I-proċess ta' applikazzjoni għal park ta' avventura għall-familja kollha fil-Kottonera. 

    Ħidma barra minn Malta

    Qed isiru preparamenti biex tinfetaħ l-ambaxxata f’Tokyo u jibda proċess biex tinfetaħ ambaxxata oħra fl-Amerika t'lsfel.

     

     

     

     

     

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0