Summit “kruċjali” ta’ jumejn fi Brussell… il-futur għadu wieħed imtappan

  • Ott 16, 2019 19:31
  • Miktub minn iNews
"

    Uffiċjali mill-Unjoni Ewropea, u mir-Renju Unit, issuktaw bid-diskussjonijiet bil-għan li jilħqu ftehim li jintlaħaq qbil fuqu mal-mexxejja, waqt summit importanti li se jibda għada fi Brussell.

    Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson mistenni jibqa' jaġġorna l-Kabinett dwar il-progress li sar fin-negozjati li saru lbieraħ filgħaxija sa tard bil-lejl.

    Minkejja li l-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk qal li hu kien kważi ċert li se jintlaħaq ftehim sa sigħat qabel id-diskors, ċertu dubji reġgħu feġġew fir-Renju Unit.

    Johnson kien qiegħed jipprova jerġa’ jagħmel il-pożizzjoni tiegħu ċara billi ressaq ir-reviżjoni tal-pjan għall-Irlanda ta’ Fuq.

    Summit li qed ikun meqjus bħala kruċjali hekk kif Johnson se jkun kostrett jitlob estensjoni jekk ma jintlaħaqx qbil sas-Sibt, xi ħaġa li l-Prim Ministru Ingliż ma jixtieqx.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0