Middle Sea Race: Id-dgħajsa Artie varata fl-ilma

  • Ott 17, 2019 00:47
  • Miktub minn iNews
"

    Id-dgħajsa ġdida ta’ Artie Sailing Team ġiet varata fil-Marina di Valletta u tinsab lesta biex tikkompeti  fir-Rolex Middle Sea Race 2019. It-team Malti għandu ambizzjonijiet għoljin għal din l-edizzjoni u qed jimmira għall-ogħla pożizzjoni fil-kategorija tiegħu.

    Artie Sailing Team huwa magħruf sew f’dan l-isport, kemm f’Malta kif ukoll barra minn xtutna. It-team diġà kellu l-opportunità juri l-ħila tiegħu f’okkażjonijiet oħra u, fil-fatt, rebaħ ir-Rolex Middle Sea Race darbtejn, fl-2011 u fl-2014.

    L-iskwadra hija mmexxija minn Lee Satariano u Christian Ripard li bejniethom għandhom esperjenza kbira fit-tbaħħir.

    Din is-sena, huma se jikkompetu b’dgħajsa tal-ogħla livell li mhux biss hija aktar veloċi iżda wkoll aktar impenjattiva. Magħhom, irnexxielhom jibnu team ta’ talent kbir magħmul minn Sean Arrigo, Annemieke Bes, Mathieu Almekinders, Erik Jan van de Zande, Karl Miggiani, Justin Busuttil u Jake Satariano.

    Il-jott il-ġdid huwa tat-tip HH42 iddisinjat mill-kumpanija ewlenija Judel-Vrolijk u li bħala hawn biss ħamsa oħra fid-dinja. L-istruttura hija magħmula minn carbon fibre u tiżen ftit aktar minn 4.2 tunnellata. Id-dgħajsa ġiet ridotta sal-essenzjali kollha biex tiffaċilitá l-aċċelerazzjoni u veloċità massima.

    Artie Sailing Team huwa kburi wkoll li sab l-appoġġ tad-ditta tal-karozzi Jeep u ilu xhur sħaħ jaħdem biex ilesti l-jott għal din it-tellieqa.

    Il-kollaborazzjoni ma’ Jeep hija parti minn programm ta’ MotorsInc. – l-importatur uffiċjali tal-marka f’Malta – li qed joffri appoġġ lit-talent sportiv lokali.

    Il-kap tal-Iżvilupp Strateġiku ta’ Motors Inc., Jonathan Cremona, qal li l-marka Jeep u Artie Sailing Team għandhom ħafna kwalitajiet komuni:

    “Ir-Rolex Middle Sea Race hija avventura unika li se tpoġġi l-perseveranza, il-grinta u l-unità tat-team taħt prova. Dawn huma l-istess valuri li jiggwidaw lil din id-ditta leġġendarja, u Jeep se tkun motivazzjoni kontinwa għall-iskwadra matul it-tellieqa sħiħa.”

    Ir-Rolex Middle Sea Race tibda nhar is-Sibt li ġej mill-Port il-Kbir, b’144 jott minn 17-il pajjiż jikkompetu għall-glorja.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0