Bikers Maltin b’riżultati sodisfaċenti fi Sqallija

  • Ott 17, 2019 00:48
  • Miktub minn iNews
"

    Mountain Bikers Maltin għal darb’oħra għamlu unur għal paj­jiżna meta ħadu sehem fl-Etna Maratona li saret dan l-aħħar.

    Din it-tellieqa hija meqjusa bħala waħda mill-iktar tlielaq affaxxinanti tal-mountain bike fl-Ewropa u li tattira wħud mill-aqwa ċiklisti professjonali fix-xena tal-mountain biking!

    Il-kontinġent Malti kien magħmul minn Marie Claire Aquilina, Etienne Bonello, Clive Ebejer, Justin Gauci, Ramon Grech, Stephen Grima, Mark Micallef, Patrick Scicluna, Jason Vella, Christian Zammit u Mark Zammit.

    B’kundizzjonijiet tat-temp perfetti, iċ-ċiklisti kellhom jiffukaw fuq il-kundizzjo­nijiet diffiċli tar-rotta li huma magħrufa għalihom dawn it-tip ta’tlielaq

    Ramon Grech, Justin Gauci u Marie Claire Aquilina kkompetew fit-tellieqa ħarxa tal-maratona ta’ 76km. Aquilina, li bla dubju hija r-reġina taċ-ċikliżmu lokali spiċċat fit-tieni post fil-kategorija tagħha u fir-raba post fil-klassifika ġenerali.

    Il-bqija tal-kontinġent Malti ħadu sehem fit-tellieqa Granfondo, ta’ 46km. Din ir-rotta rat madwar 450 ċiklista jikkompetu fuq korsa li kienet tinkludi tlugħ vertikali ta’ 1,560m. Iċ-ċiklist veteran Patrick Scicluna, li jirrappreżenta lil FRM Team Sicilia, ikkompeta fil-kategorija Master 4 li kienet magħmula minn 76 ċiklist. Scicluna spiċċa fit-tielet post fil-kategorija tiegħu u fis-37 post fil-klassifika ġenerali.

    Wirjiet notevoli ġew reġistrati minn Etienne Bonello (is-6 post fil-Kategorija, id-29 post fil-klassifka generali), Jason Vella (it-8 fil-Kategorija, is-36 klassifka generali) u Clive Ebejer (is-7 fil-Kategorija, is-47  fil- klassifka generali).

    It-tellieqa kienet valida għal punti tal-UCI Marathon Points kif ukoll għall-Mediterranean Challenge li kienet tikkonsisti f’għaxar tlielaq, kollha miżmuma fi Sqallija. Din it-tellieqa tattira uħud mill-aqwa ċiklisti Ewropej. 

    Scicluna kkompeta f’erba tlielaq, fosthom in-Noto Granfondo, l-Etna Extreme, il-Marathon dei Nebrodi, u l-Etna Marathon. Preżentament, fil-klassifika ġenerali Scicluna kien jinsab fl-14-il pożizzjoni kumplessiva f’qasam ta’ aktar minn 250 ċiklista

    Għal aktar informazzjoni wieħed għan­du jżur - www.maltamountainbike.org.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0