Paul Pogba u David De Gea mhux se jilagħbu kontra Liverpool

  • Ott 17, 2019 00:55
  • Miktub minn iNews
"

    Il-goalkeeper internazzjonali ta’ Spanja u Manchester United, David De Gea, se jitlef il-konfront kontra Liverpool, ta’ nhar il-Ħadd li ġej, wara li fil-partita kontra l-Isvezja, valida mir-round ta’ kwalifikazzjoni tal-Euro 2020, sofra injury fil-hamstring.

    L-Erbgħa sarulu bosta testijiet biex tiġi stabbilita l-gravitá ta’ din l-injury. Iżda minkejja li l-injury mhijiex daqstant inkwetanti, huwa ma  tħalliex jinżel għat-taħriġ minħabba li għandu bżonn is-serħan.

    Madankollu kif jidhru l-affarijiet, għal-logħba kontra Liverpool, il-manager Ole Gunnar Solskjaer se jkollu jgħaddi mingħajr żewġ pedini importanti meta anke l-midfielder Franċiż, Paul Pogba, se jitlef il-konfront li fih iċ-champions tal-Ewropa se jippruvaw jilħqu lil Manchester City bi 18-il rebħa wara l-oħra fil-kampjonat.

    Pogba tilef erbgħa mill-aħħar seba’ logħbiet tal-United b’ilment fuq l-għaksa għalkemm din il-ġimgħa żied l-irkuprar tiegħu wara ġimgħa taħriġ fit-temp sħun ta’ Dubai.

    Iżda issa ġie żvelat li Pogba għadu jrid jirritora għat-taħriġ għalkemm sorsi tal-United huma “pessimisti” li l-Ħadd ikun tajjeb għal-logħob.

    Ir-Red Devils qed jippreperaw lis-sostitut Sergio Romero biex jiffaċċja lir-rivali eterni, bil-goalkeeper ta’ riserva mistenni jkun Lee Grant.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0