“Tabib wieħed b'erba' jdejn” … Il-kirurġija robotika se tasal f'Malta

  • Ott 17, 2019 09:21
  • Miktub minn Matthew Charles Zammit
"

    Inżuru l-istabbiliment tal-abmedica ġewwa Milan, fejn niltaqgħu wiċċ imb'wiċċ mal-iktar apparat avvanzat li qatt daħal fis-settur mediku f'Malta…

    Għall-ewwel darba fis-settur tas-saħħa Maltija, il-kirurgu m'għadux ikollu żewġ idejn li jista’ juża waqt operazzjoni. Se jkollu erbgħa, li huwa se jikkontrollahom ftit metri ’l bogħod waqt li joqgħod bilqegħda fuq siġġu, mingħajr ma jkollu kuntatt fiżiku mal-pazjent.

    Dan it-tagħmir mediku, li għandu l-isem ta' Da Vinci Xi, huwa r-raba’ ġenerazzjoni ta' tagħmir mediku simili, li ilu parti mis-sala operatorja ta' diversi sptarijiet Ewropej u internazzjonali għal dan l-aħħar għoxrin sena. U huwa dan li fiż-żmien li ġej, sejjer jibda jopera ġewwa s-sala operatorja tal-Isptar Mater Dei f'Malta, għall-ewwel darba fl-istorja kirurġika ta' pajjiżna. Huwa qiegħed jiġi meqjus bħala l-iktar tagħmir teknoloġikament avvanzat li qatt daħlu fi ħdan is-swali tal-isptarijiet Maltin u Għawdxin, li sejjer iħalli numru ta' benefiċċji kbar għal kull pazjent Malti u Għawdxi.

    It-tagħmir mediku sejjer ikun estensjoni tal-idejn tal-kirurgu, li minflok jattwixxi l-operazzjoni b'idejh, juża din is-sistema kompjuterizzata biex iwettaq l-intervent b'mod iktar veloċi, effikaċi, u bl-inqas riskju possibbli għall-pazjent.

    Il-kumpanija abmedica saħqet kif sal-lum il-ġurnata, mill-inqas tliet miljun persuna madwar id-dinja għaddew minn operazzjoni li fihom intuża dan it-tagħmir, tant li fil-preżent, hemm mat-3,660 sistema ġewwa sptarijiet differenti f'xejn inqas minn 64 pajjiż differenti. Fil-fatt, il-kumpanija abmedica tisħaq li f'medja ta' kull 60 sekonda, tibda proċedura differenti madwar id-dinja li tagħmel użu minn dan l-avvanz innovattiv.

    Il-benefiċċji ta' operazzjoni bħal din huma ħafna: il-kumpanija tisħaq li l-involviment teknoloġiku f'intervent bħal dan iwassal għal diversi benefiċċji, fosthom żieda fl-effiċjenza tal-intervent kirurġika, mingħajr il-bżonn ta' open surgery u l-konsegwenzi ta' saħħa li jistgħu jirriżultaw dirett minn kirurġija bħal din. Hemm ukoll nuqqas ta' transfużjoni tad-demm, inqas dewmien għall-pazjent biex jirkupra mill-intervent kirurġiku, filwaqt li l-effett kożmetiku ta' intervent bħal dan sejjer ukoll ikun wieħed inqas.

    Abmedica tisħaq li dan l-apparat kirurġiku jaħdem fuq numru ta' interventi kirurġiċi differenti, foshtom interventi kardijaċi (fuq il-qalb), uroloġiċi u ġinekoloġiċi (l-organi riproduttivi tal-irġiel u tan-nisa), kif ukoll il-kirurġija ġenerali. 

    L-investiment immedjat ta' €2.2 miljun huwa wieħed sostanzjali, madanakollu d-diriġenti tal-Isptar Mater Dei jisħqu li dan l-investiment se tkun paċuta ma' numru ta' benefiċċji, fosthom inqas dewmien għar-rijabilitazzjoni tal-pazjent ġewwa l-isptar, u interventi kirurġiċi li sejrin inqassu b'mod drastiku konsegwenzi mediċi ulterjuri. 

    Iktar minn hekk, dan l-apparat se jwassal biex numru ta' pazjenti Maltin u Għawdxin sejrin ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-intervent kirurġiku bżonnjuż għalihom, mingħajr il-bżonn li jirrikorru għal dan it-trattament barra minn pajjiżna. B'hekk, il-pazjent, kif ukoll il-familjari tal-pazjent, sejrin ibagħtu inqas, kemm emozzjonalment kif ukoll fiżikament u mentalment.

    Il-perjodu ta' taħriġ għall-użu ta' din it-teknoloġija ġdida se jkun wieħed ukoll minimu: Il-kumpanija tisħaq li l-kirurgi Maltin għandhom bżonn simulazzjoni ta' bejn 20 u 30 intervent separat, biex ikunu jistgħu jużaw dan it-tagħmir mediku mingħajr il-bżonn ta' għajnuna mill-operaturi tal-makkinarju. Filwaqt li l-apparat il-ġdid mistenni jasal Malta iktar tard din is-sena u jiġi installat ftit wara, huwa mistenni li sejjer jibda jintuża l-iktar tard fil-bidu tas-sena d-dieħla.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0