Aktar kaos fil-Kunsill Leġiżlattiv ta' Hong Kong

  • Ott 17, 2019 10:56
  • Miktub minn iNews
"

    Leġiżlaturi f’Hong Kong li huma favur id-demokrazija leħħnu l-pożizzjoni tagħhom waqt sessjoni leġiżlattiva tal-Gvern lokali, u talbu lill-mexxej tat-territorju Ċiniż biex tirriżenja.

    Is-sessjoni leġiżlattiva tal-lum kienet waħda kkaratterizzata minn kaos, u kellha tiġi sospiża diversi drabi, hekk kif diversi leġiżlaturi kellhom jinħarġu barra mill-Kamra tar-Rappreżentanti.

    Din kienet it-tieni ġurnata ta’ kaos fil-Kunsill Leġiżlattiv ta’ Hong Kong, hekk kif il-mexxej Carrie Lim, ipprovat tirrispondi mistoqsijiet dwar id-diskors annwali tagħha, li kienet imġiegħla tagħmel permezz ta’ video link matul il-jum tal-bieraħ wara sessjoni oħra kkaratterizzata minn kaos.

    Id-diżordni fiż-żewġ sessjonijiet juri l-firda politika li dejjem aktar qed tikber fit-territorju Ċiniż, b’dimostrazzjonijiet vjolenti jkunu l-ordni tal-ġurnata.

    F’wieħed mill-aħħar inċident li seħħew fit-toroq, grupp ta’ persuni lebsin maskri u armati bi skieken u armi oħrajn, attakkaw lill-mexxej ta’ wieħed mill-akbar gruppi favur id-demokrazija.

    Il-grupp għad-drittijiet tal-bniedem Amnesty International ħeġġew lill-awtoritajiet biex jinvestigaw dan l-attakk.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0