Fitch tafferma l-klassifikazzjoni tal-kreditu BBB tal-BOV, bi prospett negattiv

  • Ott 17, 2019 11:21
  • Miktub minn iNews
"

    Fitch Ratings  affermat il-klassifikazzjoni tal-kreditu fit-tul tal-Bank of Valletta għal- BBB. L-aġenzija tal-klassifikazzjoni vvalutat il-prospetti bħala "negattivi", fid-dawl ta’ "riskji minn ‘risk headwinds’ persistenti u mill-abilità inċerta tal-bank li jsaħħaħ il-governanza tar-riskju tiegħu b’mod effettiv u f'waqtu” 

    Fitch tirrevedi l-prospett għal "stabbli" jekk il-bank "jagħmel progress viżibbli fit-tisħiħ tal-kontrolli tar-riskju tiegħu mingħajr ma titnaqqas il-profittabilità."

    L-aġenzija tal-klassifikazzjoni kkummentat b'mod pożittiv dwar il-"kapitalizzazzjoni adegwata, l-iffinanzjar stabbli u l-likwidità", fuq "il-bażi ta'depożiti tal-klijenti stabbli u b’ firxa wiesgħa" u dwar "il-kwalità ta' assi sodisfaċenti" li bbenefikaw mill-momentum pożittiv tal-ekonomija Maltija. Il-bank jibbenefika wkoll mill-franchise domestiku qawwi tiegħu f'Malta.

    Il-Kap Eżekuttiv tal-BOV Mario Mallia esprima sodisfazzjon għall-konferma tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-Bank u stqarr li l-programm ta' trasformazzjoni ta' sentejn tal-Bank ser jindirizza l-punti imqajma minn Fitch fid-deċiżjoni tagħhom dwar il-klassifikazzjoni. "Il-programm ta'trasformazzjoni tagħna, li bħalissa għaddej fl-aqwa tiegħu, jindirizza l-governanza tar-riskju, id-de-risking tan-negozju u l-ħasil ta' flus. Inevitabbilment se nesperjenzaw pressjonijiet fuq il-profittabilità matul dan il-programm. Iżda l-għan aħħari tagħna jibqa'dejjem l-istabbiltà u s-sostenibbiltà fit-tul tal-istituzzjoni, għall-benefiċċju tal-istakeholders kollha u tal-pajjiż in ġenerali.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0