Boris Johnson: “Għandna ftehim ġdid għal Brexit li se jagħtina mill-ġdid il-kontroll”

  • Ott 17, 2019 12:07
  • Miktub minn iNews
"

    It-timijiet ta’ negozjaturi għar-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea laħqu ftehim dwar Brexit qabel l-iżvolġiment ta’ summit tal-mexxejja tal-UE li se jkun qed jiżvolġi fi Brussell.

    Il-Prim Ministru Boris Johnson fi tweet qal li “għandna ftehim ġdid li permezz tiegħu se nkunu qed nerġgħu nieħdu lura l-kontroll”.

    Iż-żewġ naħat kienu qed jaħdmu fuq il-legalitajiet ta’ ftehim, madankollu dan dan il-ftehim eventwali se jkun jeħtieġ l-approvazzjoni tal-parlamenti tar-Renju Unit u dak Ewropew.

    Id-Democratic Unionist Party tal-Irlanda ta’ Fuq tefa’ dubji dwar kemm dan il-ftehim se jkun qed jiġi ratifikat, u qalu li xorta mhumiex f’pożizzjoni li jappoġġjawh.

    Id-DUP aktar kmieni kienu ħarġu stqarrija fejn kienu qalu li ma kinux se jappoġġjaw l-affarijiet “hekk kif inhuma”, u minkejja t-tweet ta’ Johnson saħqu li l-pożizzjoni tagħhom għadha l-istess.

    Min-naħa l-oħra l-President għall-Kummissjoni Ewropea Jean-Calude Juncker qal li l-ftehim huwa ġust u bilanċjat.

    Kemm huwa u kif ukoll Johnson ħeġġew lill-parlamenti rispettivi tagħhom biex jappoġġjaw dan il-ftehim.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0