It-truppi Kurdi qed jisħqu li t-Turkija qed tagħmel użu minn armi kimiċi pprojbiti

  • Ott 17, 2019 14:30
  • Miktub minn iNews
"

    It-truppi Kurdi qed jisħqu li t-Turkija qed tagħmel użu minn armi kimiċi pprojbiti, bħal napalm u ‘white phosphorus’, hekk kif il-President Tork Recep Tayyip Erdogan ilbieraħ filgħaxija wissa li ħadd, lanqas l-Istati Uniti, mhi se twaqqaf l-operazzjoni militari Torka fis-Sirja.

    L-awtoritajiet Kurdi ħarġu stqarrija l-ġimgħa li għaddiet fejn ikkundannaw l-użu ta’ kull arma disponibbli fil-belt strateġika ta’ Ras al-Ain, li tinsab mal-fruntiera bejn is-Sirja u t-Turkija.

    Illum l-Osservatorju Sirjan għad-Drittijiet tal-Bniedem qal li ma setgħetx tikkonferma l-allegazzjonijiet, madankollu kkonfermat żieda fi ġrieħi kkaġunati minn ħruq matul dawn l-aħħar jumejn ta’ ġlied.

    Erdogan intant saħaq li mhux se jkun qed jirtira t-truppi tiegħu mit-Turkija sakemm l-forzi Kurdi ma jċedux l-armi.

    “Kieku jċedu l-armi, nwaqqfu l-operazzjoni militari llejla stess,” saħaq Erdogan waqt li kien qed jindirizza l-Parlament Tork f’Ankara. Huwa talab lill-qawwiet Kurdi biex “iċedu l-armi, ineħħu kull periklu, u joħorġu miz-zona ta’ sigurtà”.

    Madankollu l-pjan ta’ Erdogan biex ikun hemm zona sigura li testendi 20 mil ħadu daqqa ta’ ħarta hekk kif il-qawwiet Sirjani tal-President Bashar al-Assad daħlu fil-belt ta’ Kobane li wkoll tinsab mal-fruntiera bejn iż-żewġ pajjiżi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0