Żball ta' maġistrat jannulla sentenza dwar qtil involontarju

  • Ott 17, 2019 17:00
  • Miktub minn iNews
"

    Imħallef annullat sentenza li fiha żagħżugħ kien ikkundannat sentejn ħabs wara li nstab ħati tal-qtil involontarju ta' turista Ingliża wara li tajjarha meta kienet qed taqsam it-triq.

    Mel Spiteri kien instab ħati li fis-26 ta' Ġunju 2011, f'xi ħin bejn l-10.00 p.m. u nofs il-lejl f'Buġibba, ikkaġuna l-mewt ta' Elizabeth Tucknutt Whilems.

    Il-vittma, li kellha 77 sena, kienet qed taqsam it-triq ħdejn il-Qawra Palace Hotel ma' żewġha Maurice ta' 78 sena meta ttajjret minn Spiteri li dak iż-żmien kien għad kellu 18-il sena.

    Minbarra s-sentejn ħabs, Spiteir kien immultat €2,300 u kellu l-liċenzja tas-sewqan sospiża għal sena.

    Huwa appella fejn sostna li l-vittma wkoll kellha tort tal-inċident għax ma qasmitx minn fuq 'zebra crossing' li kien hemm madwar 40 metru bogħod.

    Wara li rat is-sentenza tal-Qorti tal-Maġistrati, l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera irrimarkat li fiha ma kienx hemm imniżżel kif suppost l-artikoli tal-liġi li dwarhom instabet ħtija.

    Kien għal din ir-raġuni li hija annullat is-sentenza u ordnat li l-kawża terġa' tiġi trattata u deċiża mill-ġdid.

    Il-prosekuzzjoni f'dan il-każ kienet tmexxiet mis-Supretendent Michael Mallia.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0