€1,000 multa għal kaċċatur talli kellu skrataċ żejda

  • Ott 17, 2019 18:00
  • Miktub minn iNews
"

    Kaċċatur kien immultat €1,000 wara li nstab ħati li kellu iktar skrataċ milli permess bil-liġi. 

    Justin Camilleri kien interċettat mill-Pulizija fit-28 ta' Novembru 2015, għall-ħabta tat-3.25 p.m., fl-inħawi ta' Wied is-Sewda fil-limiti ta' Ħaż-Żebbuġ.

    Huwa spiċċa tressaq fil-Qorti tal-Maġistrati fejn kien mixli li kellu 'bird caller', senter b'kompartiment tal-iskrataċ li kapaċi jżomm iżjed minn żewġ tiri ta' munizzjon u apparat li jitfa' dawl jew apparat li jgħin biex wieħed jara meta jispara bil-lejl.

    Camilleri nstab ħati tal-ewwel żewġ akkużi u kien immultat €1,000 kif ukoll kellu l-liċenzja tal-kaċċa sospiża għal sentejn imma appella.

    Mill-provi li tressqu dwar dan il-każ irriżulta li tliet pulizija kienu għaddejjin bir-ronda fl-inħawi meta innutaw lill-akkużat bis-senter.ħ

    Tnejn minnhom avviċinawh u raw jiskarga s-senter fejn sabu li kien jieħu iktar inn żewġ skrataċ.

    Fuq il-ħajt ta' dura rawlu l-'bird caller' waqt li sabulu wkoll 'search light' li jeħel mas-senter.

    Camilleri baqa' jinsisti fuq l-innoċenza tiegħu fejn insista li għalkemm kien jieħu tliet skrataċ u ma kellux iktar.

    Huwa sostna li ż-żewġ 'bird callers' li kellu kienu t-tnejn fil-karozza u għalhekk ma kienx qed jużahom.

    Camilleri żied ukoll li s-'search light' kienu għandhom għax kien żmien il-klamari u kien jużahom għal dan is-sajd.

    L-Imħallef Aaron Bugeja, li sema l-appell, emmen il-verżjoni tal-pulizija u ikkonferma s-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Maġistrati.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0