Il-Qorti tannulla żwieġ wara li r-raġel jieħu ieħor miegħu għall-honeymoon mal-mara

  • Ott 17, 2019 19:00
  • Miktub minn iNews
"

    Imħallef annulla żwieġ bejn koppja wara li rriżulta li r-raġel huwa bisesswali tant li għall-honeymoon ħa magħhom lil ħabib tiegħu u t-tlieta li huma raqdu fl-istess kamra.

    Il-mara fetħet il-kawża fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili fejn semmiet diversi raġunijiet għala ż-żwieġ li dam 11-il sena kellu jkun dikjarat null.

    Hija lmentat li matul l-għerusija huwa kien jaħbilha diversi fatti fosthom x'assi kellu l-bank u s-salarju li kellu.

    Huwa oppona li jixtri ċ-ċrieket tat-tieġ u ħallas biss għall-karozzi u l-filming u meta ġew żviluppati r-ritratti ma riedx jarahom.

    Meta marru jgħixu fid-dar matrimonjali fis-Siġġiewi lanqas ried iħallas għad-dawl, l-ilma u l-gass u kulma kien jagħtiha kien flus għall-ikel.

    Meta kienet tqila kienet kostretta tmur waħedha għall-viżti għax ma riedx imur magħha u fid-darbtejn li korriet irrifjuta li jeħodha l-isptar u kienet kostrett ssuq hi akkumpanjata minn ommha.

    Dakinhar li kienet operata għal 'octopic pregnancy' huwa baqa' jagħti l-konkos f'post li kien qed jinbena.

    Il-mara iddeskriviet l-aktar mument “kiefer” tar-relazzjoni dak li seħħ fil-qamar il-għasel meta jumejn qabel siefru Corfu qalilha li kien se jġib raġel ieħor magħhom.

    It-tlieta li huma raqdu fl-istess kamra u kien f'dan il-perjodu li qalilha li kien iħobb lil dan ir-raġel u li kien bisesswali.

    Hija semmiet ukoll kif meta kien hemm żmien fejn tħajjru jadottaw naqsu li jiddiskutu x'kienu qed ifittxu fit-tarbija.

    Wara li sseparaw riedha tmur tnaddaflu d-dar fiż-Żejtun fejn kien qed jgħix kien jgħidilha biex ma tmurx meta jkun hemm il-ħabib tiegħu.

    Hija żiedet li wara s-separazzjoni żewġha beda jgħix ma' raġel ieħor u esebiet ritratt fejn huwa jidher maż-żewġt irġiel l-oħra b'ilsienhom barra waqt li nsistiet li dan juri li fil-fatt huwa gay u li għalhekk qarraq biha.

    L-Imħallef Anthony Vella, li quddiemu nsema dan il-każ, irrimarka li mill-provi li tressqu quddiemu jirriżulta li r-raġel kien ibati minn immaturita affettiva u meta ta l-kunsens tiegħu għaż-żwieġ ma kienx verament jaf is-sinifikat tiegħu.

    “Żwieġ ma jibdix bil-preżenza ta' terz għax tħobbu! Kien bniedem li ovvjament ma kienx kapaċi jevalwa li bħala raġel miżżewweġ kellu ċertu dmirijiet lejn martu, in kwantu kien biered emozzjonalment, kien jgħix ħajja separata minn ma' martu u di piu anke l-proċeduri ta' adozzjoni per se, għalih kienu jirrappreżentaw pakkett finanzjarju u kien assolutament biered mill-idea li jibda jrabbi familja”.

    L-Imħallef Vella irrefera wkoll għad-dubji dwar l-orjentazzjoni sesswali u b'dan il-provi kollha aċċetta t-talba tal-mara biex jannulla ż-żwieġ.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0