298 applikazzjoni għall-iskema “Nikru biex Nassistu” … S'issa ġew aċċettati 112-il applikazzjoni

  • Ott 17, 2019 19:38
  • Miktub minn iNews
"

    L-Awtorità tad-Djar irċeviet 298 applikazzjoni għall-iskema “Nikru biex Nassistu” li minnhom sa dan ix-xahar ġew aċċettati 112-il applikazzjoni.

    Id-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo permezz ta’ Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon, staqsa wkoll f’liema stat jinsabu dawn il-proprjetajiet, bil-Ministru Falzon jgħid li l-appartamenti huma kollha skont il-kundizzjonijiet tal-iskema.

    L-għan ta’ din l-iskema huwa li jinkoraġġixxi sidien ta’ proprjetà residenzjali vojta u privata b’waħda, tnejn jew tliet kmamar tas-sodda fi stat finished, ġebel u saqaf u fuq il-pjanta biex jikruha lill-Awtorità tad-Djar għal perjodu ta’ għaxar snin. Min-naħa tagħha, l-Awtorità tad-Djar tikri dawn il-proprjetajiet lill-persuni li huma eliġibbli għall-akkomodazzjoni soċjali.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0