Talba qawwija għal whisky Ġappuniż

  • Ott 18, 2019 18:52
  • Miktub minn iNews
"

    Għall-ewwel darba f’għoxrin sena, l-impjegati fid-distillerija Ġappuniża Nikka Whisky, se jkunu qed jaħdmu xiftijiet ta’ 24 siegħa hekk kif id-domanda globali għall-whisky tal-pajjiż laħqet livelli rekord. B’mod ġenerali, it-talba għal din ix-xarba madwar id-dinja hi mistennija tikber bi kważi 20% fil-ħames snin li ġejjin, għal valur ta’ 148 biljun dollaru, skont Euromonitor International.

    Il-Ġappun qed jikseb reputazzjoni dejjem aqwa f’whiskies ta’ kwalità, iżda minħabba ż-żmien meħtieġ biex il-whisky jkun lest għas-suq.

    Nikka, li hija proprjetà ta’ Asahi Group Holdings qed tespandi l-produzzjoni bis-saħħa. Id-distillerija waqqfet il-bejgħ ta’ wħud mill-aqwa ditti tagħha, fosthom Taketsuru, Yoichi u Miyagikyo. Nikka żiedet il-produzzjoni b’20% u investiet aktar minn 600 miljun dollaru f’infrastruttura ġdida fuq is-sentejn li ġejjin. Nikka huwa t-tieni l-ikbar distillatur fil-pajjiż, wara Suntory, li dan l-aħħar daħlet fi ftehim ta’ kooperazzjoni ma’ kumpanija Amerikana.

    B’kollox, it-talba għal whisky tal-pajjiż mistennija tiżdied b’7% fis-sena sal-2002. Filwaqt li ħafna minnu hu mitlub għall-esportazzjoni, fil-pajjiż kibret ukoll il-moda li din ix-xarba titħallat mas-soda. L-aħħar żmien li l-Ġappun resaq qrib dawn il-livelli ta’ produzzjoni kien fil-bidu tas-snin Tmenin.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0