Kampjonat Premier: Senglea Athletic jikkastigaw lil Sliema Wanderers għar-raba’ telfa tal-istaġun

  • Ott 18, 2019 23:19
  • Miktub minn iNews

    Ritratt: Dominic Borg

    Senglea A...... 2

    Sliema W....... 0

    Senglea Athletic irritornaw għar-rebħ wara żewġ telfiet u draw biex għelbu lil Sliema Wanderers b’żewġ goals fit-tieni taqsima wara li l-Blues kellhom player imkeċċi għal żewġ karti sofor.

    Senglea approfittaw taj­jeb mill-vantagg numeriku u ħadu kmand assolut fl-aħħar 25 minuta filwaqt li l-Wanderers dehru demoralizzati għal kollox meta sabu ruħhom b’raġel anqas fil-pitch.

    Grazzi għal din ir-rebħa Senglea telgħu jaqsmu t-tielet post tal-klassifika ma’ Hamrun Spartans  filwaqt li Sliema Wanderers baqgħu jokkupaw it-tielet post mill-aħħar u ċertament li jridu jtejbu l-wirjiet tagħhom biex jinqalgħu mill-pozizzjoni mwiergħa li jinsabu fiha.

    Kienu Senglea li ħolqu l-ewwel periklu wara tliet minuti meta minn cross tajjeb ta’ Micallef, Marukawa minn qagħda tajba xeħet barra bir-ras.

    Immedjatament in-naħa l-oħra, Sliema resqu qrib per­mezz ta’ Pearson li minn qagħda ideali xxuttja barra wkoll.

    Fit-30 minuta, Senglea ħolqu azzjoni tajba minn  corner bit-tentattivi ta’ Debono u Micallef imblukkati mid-difensuri Slimiżi.

    In-naħa l-oħra Cisotti kien għoddu ħasad lill-goalkeeper Curmi b’xutt li għadda sbrixx mal-mimduda, biex qabel intemmet it-taqsima Satariano avvanza tajjeb għal Sliema iżda l-konklużjoni tiegħu ġiet imxellfa f’corner mid-difiza Sengleana.

    It-tieni taqsima bdiet b’azzjoni ta’ Cisotti li x-xutt tiegħu għadda kemm kemm barra.

    Iżda fis-60 minuta Sliema ħadu doċċa kiesħa meta Carvajal intwera t-tieni karta safra fi spazju ta’ tliet minuti u safa mkeċċi.

    Immedjata kienet ir-reaz­zjoni ta’ Senglea li tliet minuti biss wara fetħu l-iskor meta minn cross ta’ Marukawa WILFRIED ZAMBLE b’daqqa ta’ ras għeleb lil Galea.

    Virano kien għoddu rdoppja fit-73 minuta imma x-xutt tiegħu għadda mal-mimduda. Iżda t-tieni goal Senglean wasal tliet minuti wara meta s-sostitut Tanti xeħet għan-nofs u TAISEI MARUKAWA minn pożizzjoni centrali tefa’ l-ballun fix-xibka.

    Il-logħba ma kienx ba­qagħlha storja hekk kif Sen­glea kkontrollaw is-sitwaz­­zjoni mingħajr wisq diffikultá sat-tmiem.

    SENGLEA A.: 29-Anthony Curmi, 4-Sigitas Olberkis, 5-Dejan Debono, 6-Elvis Sakyi, 9-Manolito Micallef, 10-Gonzalo Nicolas Virano (30-David Xuereb 77), 11-Taisei Marukawa, 13-Jose Wilkson Teixeira (14-Jan Tanti 73), 17-Sean Cipriott (28-Justin Martin Micallef 81), 19-Wilfried Zamble, 99-Marcelo Mariano Dias  - Coach: Mario Muscat

    SLIEMA W.: 22-Jake Galea, 2-Michele Sansone, 3-Alexander Satariano, 5-Kurt Shaw, 6-Jonathan Pearson (15-Juan Cruz Gill 73), 10-Claudio Zappa, 11-Juri Cisotti (20-Kilian Amehi 79), 16-Roberto Johan Carvajal Diaz, 18-Edmond Agius, 21-Stanimir Miloskovic (8-Mark Scerri 69) , 23-Claudio Pani  - Coach: Alfonso Greco

    REFEREE: Alex Johnson

    ASS. REFEREES:Alan Camilleri, Theodore Zammit

    RABA’ UFF: Alan Mario Sant

    SKORERS:W. Zamble 63, T. Marukawa 76 (SA)

    AMMONITI:D. Debono (SA), C. Pani, E. Agius (SW)

    TKEĊĊA:R. J. Carvajal Diaz (SW)

    PLAYER TAL-LOGĦBA:Taisei Marukawa (Senglea A.)

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0