20 sena ħabs għal nanny li stuprat tifel ta' 11-il sena u welldet tarbija minnu

  • Ott 19, 2019 11:09
  • Miktub minn iNews
"

    Nanny li stuprat tifel ta’ 11-il sena u welldet tarbija minnu kienet ikkundannata sentenza ta’ 20 sena ħabs.

    Marissa Mowry ta’ 28 sena minn Florida kienet imressqa l-Qorti l-Erbgħa li għadda mixlija li abbużat sesswalment minn tifel lura fl-2014. Skont il-provi mressqa jidher li l-mara abbużat mit-tifel għal mill-anqas 15-il darba.

    It-tifel illum huwa żagħżugħ ta’ 17-il sena li qiegħed ibati l-konsegwenzi biex irabbi lil ibnu li diġà għandu ħames snin.

    Omm il-vittma spjegat dwar l-isfidi ta’ binha li ta’ kuljum jipprepara biex iwassal lil ibnu l-iskola, jibqa’ sejjer l-iskola hu wkoll u wara jkompli jgħinu u jilgħab miegħu. Barra minn hekk l-omm spjegat li binha qiegħed isibha ferm diffiċli biex jintegra ma’ tfajliet oħra u staqsiet “min se joħroġ ma ġuvni ta’ 17-il sena li għandu tifel ta’ ħames snin?”

    Mowry kienet imqabbda minn omm il-vittma biex tieħu ħsiebu wara li kienet tagħmel dan ix-xogħol għand il-ġirien u rrakomandawha bħala “mara tal-affari tagħha”.

    Għall-ewwel hija qalet li t-tarbija kienet tagħha u tal-għarus li kellha, iżda aktar tard saru testijiet tad-DNA li wrew mod ieħor. Hija pruvat saħansitra tgħid li kien it-tifel li xtaq ikompli bir-rapporti sesswali magħha, iżda telefonata intraċċata mill-Pulizija reġgħet ħarġitha ta’ giddieba.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0