Erdogan iħabbar l-evakwazzjoni ta' ġellieda Kurdi miz-zona ta' sigurtà fit-Tramuntana tas-Sirja

  • Ott 19, 2019 14:56
  • Miktub minn iNews
"

    Il-President Tork Recep Tayyip Erdogan ħabbar li se jkun qed jiddaħħal fis-seħħ il-ftehim maqbul mal-Istati Uniti dwar it-Tramuntana tas-Sirja. Il-ftehim kien iffirmat nhar il-Ħamis li għadda f’Ankara, wara negozjati twal bejn id-delegazzjonijiet taż-żewġ pajjiżi.

    F’intervista llum, Erdogan żvela li nbdiet l-evakwazzjoni tal-ġellieda Kurdi mill-pożizzjonijiet li jikkontrollaw mal-fruntiera mat-Turkija. L-evakwazzjoni qed tiżvolġi taħt is-superviżjoni tal-Istati Uniti. Il-President Tork saħaq li se jkun qed janalizza l-operazzjoni mill-viċin.

    Intant Erdogan ċaħad rapporti dwar ġlied li kien seħħ fiż-żona ta’ Ras Al-Ain bejn l-armata Torka u l-Forzi Demokratiċi Sirjani (SDF).

    Huwa kkonferma li kien ikkuntattja lill-Ministru Tork għad-Difiża, li kien assigurah li ma kien seħħ l-ebda ġlied bejn l-armata torka u dawk li huwa ddeskriva bħala organizzazzjonijiet terroristiċi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0