Tagħlaq il-bibien is-Soċjetà tal-Maltin-Kanadiżi f’Toronto

  • Ott 19, 2019 18:27
  • Miktub minn iNews
"

    Il-komunità tal-Maltin Kanadiżi f’Toronto ħadet daqqa ta’ ħarta fl-aħħar jiem, b’xi wħud jiddeskrivu is-sitwazzjoni bħala ‘ta’ dieqa’.  Dan hu minħabba l-fatt li fl-aħħar jiem għalqet is-Soċjetà tal-Maltin Kanadiżi f’Toronto, wara storja ta’ kważi 100 sena.

    IT-TORĊA hi infurmata li “din is-soċjetà fl-aħħar snin kienet qed tiffaċċja għadd ta’ problemi. Din is-soċjetà kienet ilha imwaqqfa għal xejn inqas minn 97 sena. Il-bini tagħha li jinsab f’Dundas Street f’West Toronto, eżattament fil-parti magħrufa bħala ‘Il-Junction’ u li fiha kienu jgħixu l-Maltin tal-Kanada fil-bidu li emigraw, spiċċa inbiegħ.   Skont Merrica Bonett, Kanadiża li hi miżżewġa Malti, u li kienet tiffrekwenta din is-soċjetà fl-aħħar snin, il-binja inxtrat minn  persuna Kroata.”

    Persuni li tkellmu ma’ IT-TORĊA qalulna li “r-raġuni prinċipali għaliex twaqqfet is-Soċjetà Maltija Kanadiża f’Toronto fis-sena 1922, kienet dik li tippromwovi it-twaqqif tal-knisja Kattolika Rumana.  Din il-komunità kienet tuża l-Knisja tal-Madonna tal-Karmnu u is-sala tagħhom. Imbagħad din is-soċjetà, waqqfet il-knisja ta’ San Pawl Appostlu fil-‘Junction’ fis-sena 1930. Matul l-istorja twila tagħha, is-Soċjetà Maltija Kanadiża kellha rwol integrali fil-ħajja tal-emigranti Maltin fil-Kanada b’mod partiklari Toronto.  Din is-soċjetà, sas-snin sittin, kienet l-unika vuċi tal-Maltin f’Toronto.”

    Ta’ min jgħid li fis-sena 1934, meta Toronto kienet qed tiċċelebra l-ewwel mitt sena tagħha, id-dgħajsa tal-Maltin kienet rebħet il-parata li saret billi ġiet fl-ewwel post.  Kien twaqqaf sotto kumitat  tas-Soċjetà imsejħa il-Kavallieri ta’ Malta, u dawn bnew din id-dgħajsa. Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, is-Soċjetà Maltija Kanadiża kienet responsabbli mill-Malta Relief Fund.

    Ġara li meta kien hemm il-bżonn li jkun hemm knisja aktar fil-post magħruf bħala ‘il-Junction’, il-membri tas-Soċjetà involvew lill-komunità kollha u dawn bnew mill-ġdid il-knisja ta’ San Pawl. Din tlestiet fis-sena 1956. Il-knisja għaddiet f’idejn il-Franġiskani Minuri taħt it-tmexxija ta’ Fr Lawrence Bonavia OFM. 

    Is-soċjetà kompliet tiffinanzja l-kumpless ta’ San Pawl, sakemm imbagħad dawn bdew jikru il-proprjetà fis-sena 1969. 

    Kien f’dan iż-żmien li bdew jitwaqqfu aktar assoċjazzjonijiet tal-Maltin, xi ħaġa li wasslet biex ir-rwol tas-Soċjet?a Maltija Kanadiża beda jonqos. Meta aktar organizazzjonijiet tal-Maltin bdew jixtru l-bini għalihom, is-soċjetà Maltija Kanadiża ma setgħetx tagħmel dan għax il-fondi tagħha kienu jmorru  għal knisja ta’ San Pawl. 

    Il-qalb tas-Soċjetà Maltija Kanadiża itteħditilha meta  l-banda tal-Maltin iddeċidiet li titlaq mis-soċjetà. Dan seħħ fis-sena 1971. Dawn kienu ffurmaw dawk li huma sejħu l-Malta Band Club.

    Is-Soċjetà kompliet tiġġieled mas-sitwazzjoni u rnexxielha tibqa’ attiva għal ħafna snin. Dan seta’ jseħħ biss bid-dedikazzjoni tal-membri u l-kumitati. 

    Aktar m’għadda żmien aktar l-ammont ta’ membri fil-komunità u fis-soċjetà naqsu. L-età għamlet ukoll l-effett tagħha. Kien f’dan iż-żmien li bdew isibuha diffiċli li jsibu voluntieri bien iservu lis-Soċjetà Maltija Kanadiża. Ġara ukoll li fis-snin tmenin għalqu xi klabbs tal-Maltin u żewġ klabbs ingħaqdu mas-Soċjetà.

    Riċentament, dokumenti tas-Soċjetà, ritratti, memorabilia u affarijiet oħra tas-Soċjetà kienu trasferiti għal Mużew Malti Kanadiż fil-Kumpless tal-Knisja ta’ San Pawl. Informazzjoni fuq is-Soċjetà Maltija Kanadiża, jinstabu fl-Arkivji Nazzjonali tal-Kanada f’Ottawa. 

    Fl-aħħar jiem, bandiera li kienet għand is-Soċjetà Maltija Kanadiża ingħatat lill-Mużew tal-Immigranti li jinsab fil-Belt Valletta. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0