Anonymous b’messaġġ għal Greta Thunberg... Iwissu dwar persuni perikolużi

  • Ott 20, 2019 12:35
  • Miktub minn Melvin Farrugia
"

    F’messaġġ li bagħtu lil Greta Thunberg, Anonymous qalulha li jifhmu u jissimpatizzaw magħha fir-rigward tat-tħassib tagħha dwar l-ambjent, filwaqt li jaqblu wkoll magħha li l-ħtija hi ta’ ħafna kumpanija kbar li huma l-aktar b’saħħithom fid-dinja.  

    Madankollu, Anonymous talbu lil Thunberg biex toqgħod attenta li ma tiġix mbiegħda minn din il-kwistjoni minn nies li huma parti mill-problema. Huma wissewha li dan jidher li diġà qed jiġri. Spjegawlna li ħafna mill-politiċi b’saħħithom li ltaqgħet magħhom u anke ħadet ir-ritratti magħhom, huma involuti sew f’ħafna mill-industriji li hi titkellem kontrihom. 

    Qalulha wkoll li ħafna mill-politiki li qiegħda tikkampanja favurihom huma żgwidati, minkejja li jidhru li għandhom intenzjonijiet tajbin. Ġabulha eżempju fost l-oħrajn bit-taxxi kontra l-użu qawwi tal-karbonju. Anonymous qalu li dawn mhux se jkollhom wisq effett fuq l-industrija tal-fjuwil fossili, ħlief li jgħollulhom l-ispiża tagħhom biex joperaw b’xi ftit. Spjegawlha li dawn il-kumpaniji l-kbar li qegħdin jeqirdu l-pjaneta għandhom timijiet ta’ avukati li qegħdin hemm fuq stennija għal kwalunkwe akkużi li jistgħu jinġiebu kontra l-kumpaniji, filwaqt li għandhom flus allokati apposta biex ikopru l-multi li jistgħu jaqilgħu. Qalulha li l-multi, it-taxxi u r-regoli rari jġiegħlu lill-kumpaniji biex jagħmlu n-negozju b’mod differenti, filwaqt li dawn il-politiki ħafna drabi jispiċċaw iweġġgħu lill-individwi medji li jispiċċaw qatt ma jilħqu l-miri ta’ dawn il-politiki peress li m’għandhomx dawn it-timijiet ta’ avukati, jew inkella l-flus lesti biex iħallsu l-multi. 

    Dwar it-taxxi fuq l-użu tal-karbonju, Anonymous qalu li l-persuna medja li ssuq il-karozza tagħha qiegħda tispiċċa tħalls l-ispiża u hemm il-possibbiltà li l-kumpaniji l-kbar jistgħu jaqilgħu aktar flus taħt mudell bħal dan. Barra minn hekk, qalulha li mhix soluzzjoni fattibbli kemm taqbad u twaddab il-flus lejn il-problema. Spjegaw li jekk jgħaddu biljuni ta’ dollari fil-kaxxi tal-gvernijiet, b’riżultat ta’ xi “ftehim ġdid favur l-ambjent”, imbagħad x’se jsir minnhom. Qalulha li m’hemm ebda pjan konkret dwar dak li jsir minn dawn il-flus u meta jkun hemm xi pjan, dan jispiċċa ma jwassal imkien. 

    Tawha eżempju bil-Prim Ministru Kanadiż Justin Trudeau li riċentament hi ltaqgħet miegħu. Semmewlha li dan ħabbar pjan li juża l-flus mill-pipelines taż-żejt biex jiżra s-siġar. Spjegawlha li din ma tantx tidher li se tkun soluzzjoni għax diversi tribuwijiet indiġeni tal-Kanada li se jiġi mkeċċija mill-art tagħhom li sal-lum jieħdu ħsiebha. Minflokhom se jkun hemm dawn il-pipelines perikolużi li jistgħu jikkawżaw ħruġ ta’ żejt. 

    Għalhekk qalulha li soluzzjonijiet bħal dawn mhumiex daqstant differenti mill-idea ta’ taxxi fuq l-użu tal-karbonju. Spjegawlha li huma miżuri żgħar, li huma kontroproduttivi u li finalment ma jindirizzawx il-problemi dwar kif in-nies jiġġeneraw u jikkonsumaw l-enerġija. Minflok, qalu li din se tkun qiegħda tbiddel biss il-mod kif il-klassi tat-tmexxija tista’ tiggwadanja aktar flus. 

    Anonymous semmew ukoll li l-impatt ambjentali tal-gwerer tħalla kompletament barra mid-diskussjonijiet dwar it-tibdil tal-klima. Qalu li l-aġenziji militari fid-dinja, flimkien mal-Gvern Amerikani u l-alleati tal-Punent, kif ukoll ir-Russja u ċ-Ċina huma responsabbli mill-akbar maġġoranza tat-tniġġis fid-dinja.  

    Finalment, Anonymous qalu li l-persuni li qegħdin jeqirdu lill-pjaneta kollha għandhom isem u indirizz, jidhru kuljum fuq il-midja, iżda qatt ma nżammu responsabbli ta’ dak li jagħmlu. Spjegaw li f’każi rari meta jinżammu responsabbli, dawn ġeneralment jeħlu multa li f’għajnejn dawk li mhumiex sinjuri tidher kbira, iżda li għalihom hi biss perċentwal ċkejken li żgur ma jħossuhiex. 

    Għalhekk qalulha li filwaqt li tipproteġi l-ambjent hu importanti, fl-istess waqt hu importanti li ma tħallix lil dawk in-nies li huma stess huma parti mill-problema li jkunu fil-kontrolla tas-soluzzjonijiet, għax inkella jkun hemm riskju li jitħallew jagħmlu s-sitwazzjoni agħar. Minħabba f’hekk, Anonymous qalu lil Greta Thunberg biex jekk vera jinteressaha mill-futur tal-pjaneta, toqgħod attenta min-nies li għandha madwarha u tanalizza s-soluzzjonijiet tagħhom sew, peress li hu mdawra minn nies perikolużi ħafna li m’għandhomx l-aqwa interess tal-pjaneta f’moħħhom.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0