Ħabs għal żewġ barranin li nqabdu bid-droga fil-Qawra

  • Ott 20, 2019 19:15
  • Miktub minn iNews
"

    Żewġ barranin li nqabdu fil-pussess tad-droga fil-Qawra ġew ikkundannati 22 xahar ħabs u €1,300 multa flimkien wara li ammettew l-akkużi kontrihom.

    Iż-żewġt irġiel ġew arrestat nhar is-Sibt 19 ta' Ottubru viċin l-akkwarju nazzjonali.

    Nikola Joksimovic, raġel ta' 35 sena mill-Bosnja li jgħix San Pawl il-Baħar, ammetta li kellu l-kannabis, il-kokaina u l-ecstasy, l-amfetamina bl-aħħar tlieta f'ammonti li ma jurux li kienu għall-użu esklussiv tiegħu.

    Huwa kien ikkundannat 16-il xahar ħabs u multa ta' €800 li jista' jħallashom fi tliet snin.

    Leopoldo Antwi, li twieled l-Italja, għandu 21 sena u f'Malta m'għandux indirizz fiss fejn joqgħod, ammetta li kellu l-kannabis f'ċirkostanzi li juru li ma kinietx għall-użu esklussiv tiegħu.

    Huwa ġie ikkundannat sitt xhur ħabs u immultat €500 li jistgħu jitħallsu fuq perjodu ta' tliet snin.

    It-tnejn li huma tressqu quddiem il-Maġistrat Nadine Lia mill-Ispettur Kevin Pulis u tiddefendihom kellhom lill-Avukat Raisa Colombo.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0