Il-Ministru Justyne Caruana b’diversi impenji f’Palermo

  • Ott 20, 2019 20:32
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana kienet waħda mill-mistednin speċjali fis-sitt konferenza internazzjonali organizzata minn Greening the Islands. Waqt din il-konferenza l-Ministru kienet parti minn panel ta’ esperti li tkellmu fuq strateġiji u inizjattivi ambjentali marbuta mal-gżejjer fil-Mediterran u l-Unjoni Ewropea.

    Il-Ministru għal Għawdex tkellmet dwar id-diversi inizjattivi li qed jieħu l-Ministeru għal Għawdex u semmiet ukoll l-inizjattivi li għadhom kemm tħabbru fil-Baġit biex tiġi implimentata d-Decarbonisation Strategy for Gozo u kif, fost l-oħrajn, matul l-2020 l-Ministeru għal Għawdex ser ikun qed imexxi bl-eżempju u allura ser jibdel il-flotta tal-vetturi li għandu l-Ministeru għal waħda li taħdem bl-elettriku. Waqt din il-laqgħa saru wkoll taħdidiet biex f’Għawdex jiġi stabbilit osservatorju tal-Greening the Islands u dan għaliex Għawdex qed jispikka għall-inizjattivi relatati mas-sostenibbilità ambjentali.

    F’Palermo wkoll il-Ministru Justyne Caruana kienet parti minn panel tal-Islands Commission fi ħdan ic-CPMR fejn ukoll tkellmet fuq turiżmu sostenibbli u l-ekonomija ċirkulari. Il-Ministru qalet kif Għawdex huwa wieħed mill-mitt destinazzjonijiet sostenibbli fid-dinja u dan għaliex qed tiġi implimentata politika u strateġija li permezz tagħha għelibna l-istaġjonalità u allura evitajna l-konċentrazzjoni tat-turiżmu matul perjodu qasir fis-sena u li qed jippermettilna nilqgħu għall-isfida li ż-żieda fin-numri tat-turisti ġġib speċjalment fi gżejjer żgħar bħal Għawdex. Minn sifda biddilniha f’opportunità, li in konsegwenza ta’ dan saħħaħna l-industrija tat-turiżmu, inħolqu iktar impjiegi, u ssaħħet l-ekonomija Għawdxija—u dan matul is-sena kollha.

    Okkażjoni oħra kienet l-47 laqgħa ġenerali annwali tac-CPMR fejn il-Ministru għal Għawdex kienet parti minn panel li ddiskuta l-futur tal-Politika ta’ Koeżjoni tal-Unjoni Ewropea hekk kif bħalissa għaddejjin id-diskussjonijiet fuq il-baġit li ġej tal-UE kif ukoll il-programm ta’ fondi li jibda mill-2021. Flimkien mal-Ministru għal Għawdex fuq il-panel kien hemm ukoll Marc Lemaitre Direttur Geenerali ta’ DG Regio fi ħdan il-Kummissjoni Ewropeja u l-Ministru għal Għawdex saħqet kemm hu important li gżejjer bħal Għawdex għandhom ikollhom iktar flessibilità in partikolari fejn tidħol state aid u kif ukoll fejn jidħlu proġetti u inizjattivi finanzjati minn fondi Ewropej biex jiġu megħluba żvantaġġi kkaġunati mir-realtajiet ġeografiċi li għandu Għawdex minħabba l-insularità doppja u ċ-ċokon tal-gżira.

    Matul dawn il-ġranet il-Ministru Justyne Caruana kellha diversi laqgħat bilaterali, fosthom ma’ Ms Tajana Huzak, viċi ministru fil-Ministeru għall-Iżvilupp Reġjonali u Fondi Ewropej tal-gvern tal-Kroazja u entitajiet reġjonali responsabbli mit-turiżmu, u kif ukoll ma’ Greening the Islands biex jiġi stabbilit osservatorju f’Għawdex.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0